|
+Artikolu 6 Rekwiżiti għall-bejgħ tal-pestiċidi ---+Article 6 1. ---+Article 6 2. ---+Article 6 3. ---+Article 6 4. |
Artikolu 6 Rekwiżiti għall-bejgħ tal-pestiċidiArtikolu 6 Rekwiżiti għall-bejgħ tal-pestiċidi 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distributuri jkollhom biżżejjed persunal fl-impjieg tagħhom li jkollhom iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5(2). Tali persuni għandhom ikunu disponibbli f’ħin il-bejgħ biex jipprovdu informazzjoni adegwata lill-klijenti rigward l-użu tal-pestiċidi, ir-riskji għas-saħħa tal-bnieden u tal-ambjent u struzzjonijiet ta’ sigurtà għall-ġestjoni ta’ dawn ir-riskji għall-prodotti kkonċernati. Mikro-distributuri li jbiegħu biss prodotti għal użu mhux professjonali jistgħu jiġu eżentati, jekk ma jbigħux formulazzjonijiet ta’ pestiċidi klassifikati bħala tossiċi, tossiċi ħafna, kanċeroġeni, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni konformement mad-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 rigward l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni, l-ippakkettar u t-tikkettar ta’ preparazzjonijiet perikolużi ( 3 ). 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirrestrinġu l-bejgħ ta’ pestiċidi awtorizzati għal użu professjonali għall-persuni li jkollhom iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5(2). 3. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-distributuri li jbigħu l-pestiċidi lil utenti mhux professjonali, jipprovdu informazzjoni ġenerali rigward ir-riskji tal-użu tal-pestiċidi għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, b’mod partikolari dwar il-perikli, l-espożizzjoni, il-ħżin tajjeb, l-immaniġġar, l-applikazzjoni u r-rimi sikur konformement mal-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-iskart, kif ukoll rigward alternattivi b’riskju baxx. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-produtturi tal-pestiċidi jipprovdu informazzjoni bħal din. 4. Il-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu stabbiliti sas-26 ta’ Novembru 2015. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|