+KAPITOLU II TAĦRIĠ, BEJGĦ TA’ PESTIĊIDI, INFORMAZZJONI U SENSIBILIZZAZZJONI
---+Artikolu 5 Taħriġ
------+Article 5 1.
------+Article 5 ►C12.
------+Article 5 3.
---+Artikolu 6 Rekwiżiti għall-bejgħ tal-pestiċidi
------+Article 6 1.
------+Article 6 2.
------+Article 6 3.
------+Article 6 4.
---+Artikolu 7 Informazzjoni u sensibilizzazzjoni
------+Article 7 1.
------+Article 7 2.
------+Article 7 3.

KAPITOLU II TAĦRIĠ, BEJGĦ TA’ PESTIĊIDI, INFORMAZZJONI U SENSIBILIZZAZZJONI

KAPITOLU II TAĦRIĠ, BEJGĦ TA’ PESTIĊIDI, INFORMAZZJONI U SENSIBILIZZAZZJONI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 Taħriġ

Artikolu 5

Taħriġ

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti professjonali, id-distributuri u l-konsulenti kollha jkollhom aċċess għal taħriġ xieraq minn korpi maħtura mill-awtoritajiet kompetenti. Dan għandu jikkonsisti kemm minn taħriġ inizjali kif ukoll minn taħriġ addizzjonali biex tinkiseb il-konoxxenza u biex din il-konoxxenza tiġi aġġornata kif xieraq.

It-taħriġ għandu jkun imfassal biex jiżgura li tali utenti, distributuri u konsulenti jiksbu konoxxenza suffiċjenti dwar is-suġġetti elenkati fl-Anness I, b’kont meħud tar-rwolijiet u r-responsabbiltajiet differenti tagħhom.

►C1  2.  Sas-26 ta’ Novembru 2013 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ◄ sistemi ta’ ċertifikazzjoni u jindikaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom. Dawn iċ-ċertifikati għandhom, bħala minimu, jipprovdu evidenza ta’ konoxxenza suffiċjenti tas-suġġetti elenkati fl-Anness I miksub minn utenti professjonali, distributuri u konsulenti jew permezz ta’ taħriġ jew permezz ta’ mezzi oħrajn.

Is-sistemi ta’ ċertifikazzjoni għandhom jinkludu rekwiżiti u proċeduri għall-għoti, it-tiġdid u l-irtirar ta’ ċertifikati.

▼M3

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20a li jemendaw l-Anness I sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku.

▼B

Artikolu 6 Rekwiżiti għall-bejgħ tal-pestiċidi

Artikolu 6

Rekwiżiti għall-bejgħ tal-pestiċidi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distributuri jkollhom biżżejjed persunal fl-impjieg tagħhom li jkollhom iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5(2). Tali persuni għandhom ikunu disponibbli f’ħin il-bejgħ biex jipprovdu informazzjoni adegwata lill-klijenti rigward l-użu tal-pestiċidi, ir-riskji għas-saħħa tal-bnieden u tal-ambjent u struzzjonijiet ta’ sigurtà għall-ġestjoni ta’ dawn ir-riskji għall-prodotti kkonċernati. Mikro-distributuri li jbiegħu biss prodotti għal użu mhux professjonali jistgħu jiġu eżentati, jekk ma jbigħux formulazzjonijiet ta’ pestiċidi klassifikati bħala tossiċi, tossiċi ħafna, kanċeroġeni, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni konformement mad-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 rigward l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni, l-ippakkettar u t-tikkettar ta’ preparazzjonijiet perikolużi ( 3 ).

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirrestrinġu l-bejgħ ta’ pestiċidi awtorizzati għal użu professjonali għall-persuni li jkollhom iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5(2).

3.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-distributuri li jbigħu l-pestiċidi lil utenti mhux professjonali, jipprovdu informazzjoni ġenerali rigward ir-riskji tal-użu tal-pestiċidi għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, b’mod partikolari dwar il-perikli, l-espożizzjoni, il-ħżin tajjeb, l-immaniġġar, l-applikazzjoni u r-rimi sikur konformement mal-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-iskart, kif ukoll rigward alternattivi b’riskju baxx. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-produtturi tal-pestiċidi jipprovdu informazzjoni bħal din.

▼C1

4.  Il-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu stabbiliti sas-26 ta’ Novembru 2015.

▼B

Artikolu 7 Informazzjoni u sensibilizzazzjoni

Artikolu 7

Informazzjoni u sensibilizzazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali u biex jippromwovu u jiffaċilitaw il-programmi ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni u d-disponibbiltà ta’ informazzjoni preċiża u bilanċjata relatata mal-pestiċidi għall-pubbliku ġenerali, b’mod partikolari rigward ir-riskji u l-effetti qawwija u kroniċi potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, l-organiżmu mhux fil-mira u l-ambjent dovuti għall-użu tagħhom u l-użu ta’ alternattivi mhux kimiċi.

2.  L-Istati Membri għandhom iwaqqfu sistemi għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar inċidenti ta’ vvelenar qawwi mill-pestiċidi, kif ukoll dwar żviluppi relatati ma’ vvelenar kroniku, meta din tkun disponibbli, fost gruppi li jistgħu jkunu esposti regolarment għall-pestiċidi, bħall-operaturi, il-ħaddiema agrikulturali jew il-persuni li jgħixu qrib żoni ta’ applikazzjoni tal-pestiċidi.

3.  Sabiex titjieb il-komparabilità tal-informazzjoni, ►C1  il-Kummissjoni, f’koperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżviluppa fi żmien sas-26 ta’ Novembru 2012 ◄ dokument ta’ gwida strateġika dwar is-sorveljanza u l-istħarriġ tal-impatti tal-użu tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0128
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.