|
+Artikolu 12 Tnaqqis tal-użu jew ir-riskji tal-pestiċidi f’zoni speċifiċi |
Artikolu 12 Tnaqqis tal-użu jew ir-riskji tal-pestiċidi f’zoni speċifiċiArtikolu 12 Tnaqqis tal-użu jew ir-riskji tal-pestiċidi f’zoni speċifiċi L-Istati Membri għandhom, filwaqt li jqisu kif xieraq ir-rekwiżiti ta’ iġjene u saħħa pubblika u l-bijodiversità meħtieġa, jew ir-riżultati ta’ valutazzjonijiet ta’ riskju rilevanti, jiżguraw li l-użu tal-pestiċidi jkun minimizzat jew ipprojbit f’ċerti zoni speċifiċi. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa għall-immaniġġar tar-riskju u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li huwa ta’ riskju baxx, kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u miżuri ta’ kontroll bijoloġiku għandhom jitqiesu qabel kollox. L-oqsma speċifiċi kkonċernati huma: (a) żoni użati mill-pubbliku ġenerali jew minn gruppi vulnerabbli kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bħal parks u ġonna pubbliċi, grawnds tal-isports u tar-rikreazzjoni, artijiet u btieħi tal-iskejjel, postijiet fejn jilagħbu t-tfal u qrib ħafna ta’ faċilitajiet tal-kura medika; (b) żoni protetti kif definiti fid-Direttiva 2000/60/KE jew żoni oħrajn identifikati għall-finijiet tal-istabbiliment tal-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE; (c) żoni ttrattati reċentement użati jew aċċessibbli għall-ħaddiema agrikoli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|