+KAPITOLU IV PRATTIKA U UŻI SPEĊIFIĊI
---+Artikolu 9 Bexx mill-ajru
------+Article 9 1.
------+Article 9 2.
------+Article 9 3.
------+Article 9 4.
------+Article 9 5.
------+Article 9 6.
---+Artikolu 10 Informazzjoni lill-pubbliku
---+Artikolu 11 Miżuri speċifiċi għall-protezzjoni tal-ambjent akkwatiku u l-ilma tax-xorb
------+Article 11 1.
------+Article 11 2.
---+Artikolu 12 Tnaqqis tal-użu jew ir-riskji tal-pestiċidi f’zoni speċifiċi
---+Artikolu 13 L-immaniġġar u l-ħżin tal-pestiċidi u t-trattament tal-ippakkjar u l-fdalijiet tagħhom
------+Article 13 1.
------+Article 13 2.
------+Article 13 3.
---+Artikolu 14 Ġestjoni Integrata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara
------+Article 14 1.
------+Article 14 2.
------+Article 14 3.
------+Article 14 4.
------+Article 14 5.

KAPITOLU IV PRATTIKA U UŻI SPEĊIFIĊI

KAPITOLU IV PRATTIKA U UŻI SPEĊIFIĊI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 Bexx mill-ajru

Artikolu 9

Bexx mill-ajru

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bexx mill-ajru jkun projbit.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1 il-bexx mill-ajru jista’ jkun permess biss f’każijiet speċjali kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) m’għandux ikun hemm alternattivi vijabbli oħra, jew għandu jkun hemm vantaġġi ċari f’termini ta’ impatti mnaqqsa fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent meta mqabbel mal-applikazzjoni tal-pestiċidi mill-art;

(b) il-pestiċidi użati għandhom ikunu approvati espliċitament għall-bexx mill-ajru mill-Istat Membru wara valutazzjoni speċifika li tindirizza r-riskji tal-bexx mill-ajru;

(c) l-operatur li jbexxex mill-ajru għandu jkollu ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 5(2). Matul il-perijodu transitorju fejn is-sistemi ta’ ċertifikazzjoni ma jkunux għadhom stabbiliti, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw evidenza oħra ta’ konoxxenza suffiċjenti;

(d) l-intrapriża responsabbli għall-forniment ta’ applikazzjonijiet għall-bexx mill-ajru għandha tkun iċċertifikata minn awtorità kompetenti li tawtorizza tagħmir u inġenji tal-ajru għal applikazzjoni tal-pestiċidi mill-ajru;

(e) jekk l-inħawi li għandhom jitbexxu qegħdin qrib ta’ nħawi miftuħin għall-pubbliku, fl-approvazzjoni għandhom jiġu inklużi miżuri speċifiċi ta’ mmaniġġar tar-riskju biex jiġi żgurat li ma hemmx effetti negattivi fuq is-saħħa ta’ persuni li jinzertaw fl-inħawi. L-inħawi fejn se jsir il-bexx m’għandhomx ikunu qrib ħafna ta’ nħawi residenzjali;

(f) mill-2013, l-ajruplan għandu jkun mgħammar b’aċċessorji li jikkostitwixxu l-aħjar teknoloġija disponibbli biex inaqqsu t-tifrix tal-bexx.

3.  L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti għall-istabbiliment tal-kondizzjonijiet speċifiċi li bihom jista’ jitwettaq il-bexx mill-ajru, għall-analiżi ta’ talbiet skont il-paragrafu 4 u sabiex jirrendu pubblika l-informazzjoni dwar l-uċuħ tar-raba’, iż-żoni, iċ-ċirkostanzi u r-rekwiżiti partikolari għall-applikazzjoni inklużi l-kondizzjonijiet tat-temp meta jista’ jkun permess il-bexx mill-ajru.

Fl-approvazzjoni l-awtoritajiet kompetenti għandhom jispeċifikaw il-miżuri meħtieġa għat-twissija lir-residenti u l-persuni fil-qrib fi żmien xieraq u għall-protezzjoni tal-ambjent fil-viċinanza taż-żona mbexxa.

4.  Utent professjonali li jixtieq japplika pestiċidi permezz ta’ bexx mill-ajru għandu jippreżenta talba għall-approvazzjoni ta’ pjan ta’ applikazzjoni lill-awtorità kompetenti biex japplika pestiċidi permezz ta’ bexx mill-ajru flimkien ma’ evidenza li turi li l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 u 3 huma ssodisfati. It-talba għall-applikazzjoni ta’ bexx mill-ajru, b’konformità mal-pjan ta’ applikazzjoni approvat, għandha titressaq fi żmien xieraq lill-awtorità kompetenti. Għandu jkollha informazzjoni dwar il-ħin proviżorju tal-bexx u l-ammonti u t-tip tal-pestiċidi applikati.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li t-talbiet għall-applikazzjonijiet għal bexx mill-ajru b’konformità ma’ pjan ta’ applikazzjoni approvat, li għalihom ma ġiet riċevuta ebda tweġiba dwar id-deċiżjoni li ttieħdet fil-perijodu ta’ żmien stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti, għandhom jitqiesu bħala approvati.

B’mod partikulari, f’ċirkustanzi bħal ma huma sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ diffikultà speċifika, talbiet uniċi ta’ applikazzjoni ta’ bexx mill-ajru jistgħu wkoll jitressqu għall-approvazzjoni. Fejn dan huwa ġustifikat, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom il-possibiltà li japplikaw proċedura mgħaġġla sabiex jivverifikaw li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 jiġu sodisfatti qabel l-applikazzjoni ta’ bexx mill-ajru.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 huma sodisfatti billi jwettqu monitoraġġ xieraq.

6.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu reġistru tat-talbiet u l-approvazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 4 u għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni relevanti li jinsabu fihom, bħall-inħawi fejn se jsir il-bexx, il-jum u l-ħin maħsub meta se jsir il-bexx u t-tip ta’ pestiċidji, b’konformità mal-liġi nazzjonali jew Komunitarja applikabbli.

Artikolu 10 Informazzjoni lill-pubbliku

Artikolu 10

Informazzjoni lill-pubbliku

L-Istati Membri jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali tagħhom sabiex jiġu infurmati l-persuni li jistgħu jkunu esposti għat-tifrix tal-bexx.

Artikolu 11 Miżuri speċifiċi għall-protezzjoni tal-ambjent akkwatiku u l-ilma tax-xorb

Artikolu 11

Miżuri speċifiċi għall-protezzjoni tal-ambjent akkwatiku u l-ilma tax-xorb

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu adottati miżuri xierqa għall-protezzjoni tal-ambjent akkwatiku u l-provvisti tal-ilma tax-xorb mill-impatt tal-pestiċidi. Dawk il-miżuri għandhom jappoġġaw u jkunu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2000/60/KE u Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.  Il-miżuri previsti fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a) li tingħata preferenza lil pestiċidi li mhumiex ikklassifikati bħala perikolużi għall-ambjent akwatiku skont id-Direttiva 1999/45/KE u li ma fihomx sustanzi perikolużi ta’ prijorità kif stabbilit fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/60/KE;

(b) li tingħata prefenza lit-tekniki ta’ applikazzjoni l-aktar effiċjenti, bħall-użu ta’ tagħmir għall-applikazzjoni ta’ pestiċidi b’tifrix minimu (low-drift) speċjalment fuq prodotti vertikali bħall-ħobż u dawk li jinstabu f’ġonna tas-siġar tal-frott u fl-għelieqi tad-dwieli;

(c) l-użu ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni li jimminimizzaw ir-riskju ta’ tniġġiż lil hinn mis-sit ikkawżat mit-tifrix tal-bexx, il-flussi ta’ katusi u t-tnixxijat. Dawn għandhom jinkludu, meta meħtieġ, l-istabbiliment ta’ żoni ta’ separazzjoni ta’ daqs xieraq għall-protezzjoni ta’ organiżmi akwatiċi mhux immirati u zoni ta’ salvagwardja għall-ilmijiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art użati għall-astrazzjoni ta’ ilma tax-xorb, fejn il-pestiċidi m’għandhomx jintużaw jew jinħażnu;

(d) it-tnaqqis kemm jista’ jkun jew l-eliminazzjoni jekk ikun xieraq, ta’ applikazzjonijiet fuq jew tul toroq, linji tal-ferrovija, uċuħ permeabbli ħafna jew infrastruttura oħra qrib l-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta’ taħt l-art, jew fuq uċuħ issiġillati b’riskju għoli ta’ tnixxijat ġo sistemi tal-ilma tal-wiċċ jew tad-dranaġġ.

Artikolu 12 Tnaqqis tal-użu jew ir-riskji tal-pestiċidi f’zoni speċifiċi

Artikolu 12

Tnaqqis tal-użu jew ir-riskji tal-pestiċidi f’zoni speċifiċi

L-Istati Membri għandhom, filwaqt li jqisu kif xieraq ir-rekwiżiti ta’ iġjene u saħħa pubblika u l-bijodiversità meħtieġa, jew ir-riżultati ta’ valutazzjonijiet ta’ riskju rilevanti, jiżguraw li l-użu tal-pestiċidi jkun minimizzat jew ipprojbit f’ċerti zoni speċifiċi. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa għall-immaniġġar tar-riskju u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li huwa ta’ riskju baxx, kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u miżuri ta’ kontroll bijoloġiku għandhom jitqiesu qabel kollox. L-oqsma speċifiċi kkonċernati huma:

(a) żoni użati mill-pubbliku ġenerali jew minn gruppi vulnerabbli kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bħal parks u ġonna pubbliċi, grawnds tal-isports u tar-rikreazzjoni, artijiet u btieħi tal-iskejjel, postijiet fejn jilagħbu t-tfal u qrib ħafna ta’ faċilitajiet tal-kura medika;

(b) żoni protetti kif definiti fid-Direttiva 2000/60/KE jew żoni oħrajn identifikati għall-finijiet tal-istabbiliment tal-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE;

(c) żoni ttrattati reċentement użati jew aċċessibbli għall-ħaddiema agrikoli.

Artikolu 13 L-immaniġġar u l-ħżin tal-pestiċidi u t-trattament tal-ippakkjar u l-fdalijiet tagħhom

Artikolu 13

L-immaniġġar u l-ħżin tal-pestiċidi u t-trattament tal-ippakkjar u l-fdalijiet tagħhom

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operazzjonijiet li ġejjin minn utenti professjonali u fejn applikabbli minn distributuri ma jipperikolawx is-saħħa tal-bnedmin jew l-ambjent:

(a) il-ħżin, l-immaniġġar, id-dilwizzjoni u t-taħlit tal-pestiċidi qabel l-applikazzjoni;

(b) l-immaniġġar tal-ippakkjar u l-fdalijiet tal-pestiċidi;

(c) ir-rimi tat-taħlitiet tat-tankijiet li jifdal wara l-applikazzjoni;

(d) it-tindif tat-tagħmir użat wara l-applikazzjoni;

(e) l-irkupru jew ir-rimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi u l-imballaġġi tagħhom skont il-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-iskart.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa fir-rigward tal-pestiċidi awtorizzati għal utenti mhux professjonali biex jevitaw operazzjonijiet ta’ maniġġar perikolużi. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu l-użu ta’ pestiċidi ta’ tossiċità baxxa, formulazzjonijiet imħejjijin minn qabel għall-użu u limiti fuq id-daqsijiet ta’ kontenituri jew ippakkjar.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żoni ta’ ħżin għall-pestiċidi għal użu professjonali għandhom jiġu mibnija b’tali mod li jimpedixxu rilaxxi mhux mixtieqa. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-post, id-daqs u l-materjal ta’ kostruzzjoni.

Artikolu 14 Ġestjoni Integrata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara

Artikolu 14

Ġestjoni Integrata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippromwovu l-ġestjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara b’użu baxx ta’ pestiċidi, filwaqt li, fejn ikun possibbli, tingħata prijorità lil metodi mhux kimiċi, sabiex l-utenti professjonali tal-pestiċidi jaqilbu għal prodotti u prattika bl-aktar riskju baxx għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent fost dawk disponibbli għall-istess problema ta’ organiżmi ta’ ħsara. Ġestjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara b’użu baxx ta’ pestiċidi tinkludi Ġestjoni Integrata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara kif ukoll biedja organika skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi ( 4 ).

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jappoġġaw l-istabbiliment tal-kondizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara. B’mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li l-utenti professjonali jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom informazzjoni u għodod għall-monitoraġġ ta’ organiżmi ta’ ħsara u għat-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ukoll servizzi ta’ konsulenza dwar ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara.

3.  Sat-30 ta’ Ġunju 2013, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 u, partikolarment, jekk il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara jkunux attwati.

4.  L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali tagħhom kif jiżguraw li l-prinċipji ġenerali tal-immaniġġar integrat ta’ organiżmi ta’ ħsara kif stabbilit fl-Anness III jiġu implimentati mill-utenti kollha tal-pestiċidi professjonali sal-1 ta’ Jannar 2014.

▼M3

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20a li jemendaw l-Anness III sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku.

▼B

5.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inċentivi xierqa biex iħeġġu lill-utenti professjonali jimplimentaw linji gwida speċifiċi għall-uċuħ tar-raba’ jew għas-settur għall-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara fuq bażi volontarja. L-awtoritajiet pubbliċi u/jew l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw utenti professjonali partikolari jistgħu jfasslu linji gwida bħal dawn. L-Istati Membri għandhom jirreferu għal dawk il-linji gwida li huma jikkunsidraw rilevanti u xierqa fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0128
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.