|
+Artikolu 13 L-immaniġġar u l-ħżin tal-pestiċidi u t-trattament tal-ippakkjar u l-fdalijiet tagħhom ---+Article 13 1. ---+Article 13 2. ---+Article 13 3. |
Artikolu 13 L-immaniġġar u l-ħżin tal-pestiċidi u t-trattament tal-ippakkjar u l-fdalijiet tagħhomArtikolu 13 L-immaniġġar u l-ħżin tal-pestiċidi u t-trattament tal-ippakkjar u l-fdalijiet tagħhom 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operazzjonijiet li ġejjin minn utenti professjonali u fejn applikabbli minn distributuri ma jipperikolawx is-saħħa tal-bnedmin jew l-ambjent: (a) il-ħżin, l-immaniġġar, id-dilwizzjoni u t-taħlit tal-pestiċidi qabel l-applikazzjoni; (b) l-immaniġġar tal-ippakkjar u l-fdalijiet tal-pestiċidi; (c) ir-rimi tat-taħlitiet tat-tankijiet li jifdal wara l-applikazzjoni; (d) it-tindif tat-tagħmir użat wara l-applikazzjoni; (e) l-irkupru jew ir-rimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi u l-imballaġġi tagħhom skont il-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-iskart. 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa fir-rigward tal-pestiċidi awtorizzati għal utenti mhux professjonali biex jevitaw operazzjonijiet ta’ maniġġar perikolużi. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu l-użu ta’ pestiċidi ta’ tossiċità baxxa, formulazzjonijiet imħejjijin minn qabel għall-użu u limiti fuq id-daqsijiet ta’ kontenituri jew ippakkjar. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żoni ta’ ħżin għall-pestiċidi għal użu professjonali għandhom jiġu mibnija b’tali mod li jimpedixxu rilaxxi mhux mixtieqa. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-post, id-daqs u l-materjal ta’ kostruzzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|