+KAPITOLU V INDIKATURI, RAPPURTAR U SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
---+Artikolu 15 Indikaturi
------+Article 15 1.
------+Article 15 2.
------+Article 15 3.
------+Article 15 4.
---+Artikolu 16 Rappurtar

KAPITOLU V INDIKATURI, RAPPURTAR U SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI

KAPITOLU V INDIKATURI, RAPPURTAR U SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 Indikaturi

Artikolu 15

Indikaturi

1.  Għandhom jiġu stabbiliti indikaturi tar-riskju armonizzati kif imsemmi fl-Anness IV. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jużaw l-indikaturi nazzjonali eżistenti jew jadottaw indikaturi xierqa oħrajn flimkien ma’ dawk armonizzati.

▼M3

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20a li jemenda l-Anness IV sabiex tieħu kont tal-progress tekniku u xjentifiku.

▼B

2.  L-Istati Membri għandhom:

(a) jikkalkolaw l-indikaturi tar-riskju armonizzati kif imsemmi fil-paragrafu 1 bl-użu ta’ data statistika miġbura konformement mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-istatistika ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti flimkien ma’ data relevanti oħra;

(b) jidentifikaw tendenzi fl-użu ta’ ċerti sustanzi attivi;

(c) jidentifikaw oġġetti ta’ prijorità, bħal sustanzi attivi, uċuħ tar-raba’, reġjuni jew prattika, li jeħtieġu attenzjoni partikolari jew prattika tajba li jistgħu jintużaw bħala eżempji sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva li jitnaqqsu r-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u biex jiġu inkoraġġiti l-iżvilupp u l-introduzzjoni tal-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara u ta’ approċċi jew tekniki alternattivi sabiex titnaqqas id-dipendenza fuq l-użu tal-pestiċidi.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet imwettqa skont il-paragrafu 2 lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra u għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-indikaturi tar-riskju fil-livell Komunitarju billi tuża data statistika miġbura konformement mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-istatistika ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u data rilevanti oħra, sabiex tagħmel stima tax-xejriet fir-riskji mill-użu tal-pestiċidi.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tuża din id-data u l-informazzjoni biex tivvaluta l-progress fil-kisba tal-objettivi ta’ linji politiċi Komunitarji oħrajn immirati biex inaqqsu l-impatt tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent.

Ir-riżultati għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku ġenerali fuq il-websajt imsemmi fl-Artikolu 4(4).

Artikolu 16 Rappurtar

Artikolu 16

Rappurtar

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, akkumpanjat fejn xieraq minn proposti għal emendi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0128
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.