+DIRETTIVA 2009/128/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
---+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
------+Artikolu 1 Suġġett
------+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---------+Article 2 1.
---------+Article 2 2.
---------+Article 2 3.
------+Artikolu 3 Definizzjonijiet
------+Artikolu 4 Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali
---------+Article 4 1.
---------+Article 4 ►C12.
---------+Article 4 ►C13.
---------+Article 4 4.
---------+Article 4 5.
---+KAPITOLU II TAĦRIĠ, BEJGĦ TA’ PESTIĊIDI, INFORMAZZJONI U SENSIBILIZZAZZJONI
------+Artikolu 5 Taħriġ
---------+Article 5 1.
---------+Article 5 ►C12.
---------+Article 5 3.
------+Artikolu 6 Rekwiżiti għall-bejgħ tal-pestiċidi
---------+Article 6 1.
---------+Article 6 2.
---------+Article 6 3.
---------+Article 6 4.
------+Artikolu 7 Informazzjoni u sensibilizzazzjoni
---------+Article 7 1.
---------+Article 7 2.
---------+Article 7 3.
---+KAPITOLU III TAGĦMIR GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-PESTIĊIDI
------+Artikolu 8 Spezzjoni tat-tagħmir li qed jintuża
---------+Article 8 1.
---------+Article 8 ►C12.
---------+Article 8 3.
---------+Article 8 4.
---------+Article 8 5.
---------+Article 8 6.
---------+Article 8 7.
---+KAPITOLU IV PRATTIKA U UŻI SPEĊIFIĊI
------+Artikolu 9 Bexx mill-ajru
---------+Article 9 1.
---------+Article 9 2.
---------+Article 9 3.
---------+Article 9 4.
---------+Article 9 5.
---------+Article 9 6.
------+Artikolu 10 Informazzjoni lill-pubbliku
------+Artikolu 11 Miżuri speċifiċi għall-protezzjoni tal-ambjent akkwatiku u l-ilma tax-xorb
---------+Article 11 1.
---------+Article 11 2.
------+Artikolu 12 Tnaqqis tal-użu jew ir-riskji tal-pestiċidi f’zoni speċifiċi
------+Artikolu 13 L-immaniġġar u l-ħżin tal-pestiċidi u t-trattament tal-ippakkjar u l-fdalijiet tagħhom
---------+Article 13 1.
---------+Article 13 2.
---------+Article 13 3.
------+Artikolu 14 Ġestjoni Integrata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara
---------+Article 14 1.
---------+Article 14 2.
---------+Article 14 3.
---------+Article 14 4.
---------+Article 14 5.
---+KAPITOLU V INDIKATURI, RAPPURTAR U SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
------+Artikolu 15 Indikaturi
---------+Article 15 1.
---------+Article 15 2.
---------+Article 15 3.
---------+Article 15 4.
------+Artikolu 16 Rappurtar
---+KAPITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
------+Artikolu 17 Penali
------+Artikolu 18 Skambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattika
------+Artikolu 19 Ħlasijiet u imposti
---------+Article 19 1.
---------+Article 19 2.
------+Artikolu 20 Standardizzazzjoni
---------+Article 20 1.
---------+Article 20 2.
---------+Article 20 3.
------+Artikolu 20a Eżerċizzju tad-delega
---------+Article 20a 1.
---------+Article 20a 2.
---------+Article 20a 3.
---------+Article 20a 4.
---------+Article 20a 5.
---------+Article 20a 6.
------+Artikolu 21 Proċedura ta’ kumitat
------+Artikolu 23 Traspożizzjoni
---------+Article 23 1.
---------+Article 23 2.
------+Artikolu 24 Dħul fis-seħħ
------+Artikolu 25 Indirizzati
---+ANNESS I
---+ANNESS II
---+ANNESS III
---+ANNESS IV
English - European Union - Environment -

DIRETTIVA 2009/128/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

DIRETTIVA 2009/128/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ottubru 2009

li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II TAĦRIĠ, BEJGĦ TA’ PESTIĊIDI, INFORMAZZJONI U SENSIBILIZZAZZJONI KAPITOLU II TAĦRIĠ, BEJGĦ TA’ PESTIĊIDI, INFORMAZZJONI U SENSIBILIZZAZZJONI
KAPITOLU III TAGĦMIR GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-PESTIĊIDI KAPITOLU III TAGĦMIR GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-PESTIĊIDI
KAPITOLU IV PRATTIKA U UŻI SPEĊIFIĊI KAPITOLU IV PRATTIKA U UŻI SPEĊIFIĊI
KAPITOLU V INDIKATURI, RAPPURTAR U SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI KAPITOLU V INDIKATURI, RAPPURTAR U SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
KAPITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI KAPITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
ANNESS I

ANNESS I

Suġġetti ta’ taħriġ imsemmijin fl-Artikolu 5

1. Il-leġislazzjoni rilevanti kollha rigward il-pestiċidi u l-użu tagħhom.

2. L-eżistenza u r-riskji tal-prodotti illegali (ffalsifikati) għall-protezzjoni tal-pjanti, u l-metodi ta’ identifikazzjoni ta’ prodotti ta’ dan it-tip.

3. Il-perikli u r-riskji assoċjati mal-pestiċidi, u kif jiġu identifikati u kkontrollati, b’mod partikolari:

(a) ir-riskji lill-bnedmin (operaturi, residenti, persuni fil-qrib, persuni li jidħlu f’żoni ttrattati u dawk li jmissu jew jieklu l-oġġetti ttrattati) u kif fatturi bħal ma hu t-tipjip jaggravaw dawn ir-riskji;

(b) is-sintomi tal-avvelenament bil-pestiċidi u l-miżuri tal-ewwel għajnuna;

(c) ir-riskji għall-pjanti mhux fil-mira, l-insetti li huma ta’ benefiċċju, il-flora u l-fawna salvaġġa, il-bijodiversità u l-ambjent b’mod ġenerali.

4. Kunċetti dwar strateġiji u metodi għall-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara, strateġiji u metodi għall-ġestjoni integrata tal-uċuħ tar-raba’, prinċipji tal-biedja organika, metodi ta’ kontroll bijoloġiku ta’ organiżmi ta’ ħsara, informazzjoni dwar il-prinċipji ġenerali u l-linji gwida speċifiċi għall-uċuħ tar-raba’ jew għas-settur għall-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara.

5. Inizjazzjoni għal valutazzjoni komparattiva fil-livell tal-utent biex tgħin lill-utenti professjonali jagħmlu l-aktar għażliet xierqa dwar il-pestiċidi bl-inqas effetti sekondarji fuq is-saħħa tal-bniedem, l-organiżmi mhux fil-mira u l-ambjent minn fost il-prodotti kollha awtorizzati għal problema speċifika ta’ organiżmu ta’ ħsara, f’sitwazzjoni speċifika.

6. Miżuri biex jiġu minimizzati r-riskji lill-bnedmin, lil organiżmi mhux fil-mira u lill-ambjent: prattika operattiva sikura għall-ħżin, l-immaniġġar u t-taħlit tal-pestiċidi, u r-rimi ta’ ppakkjar vojt, materjal ieħor ikkontaminat u pestiċidi żejda li jifdal (inklużi taħlitiet f’tankijiet), kemm jekk f’għamla konċentrata kif ukoll jekk dilwita; il-metodu rakkomandat għall-kontroll tal-espożizzjoni tal-operatur (tagħmir ta’ protezzjoni personali).

7. Metodi bbażati fuq ir-riskju li jqisu l-varjazzjonijiet lokali tal-ġbir tal-ilma, bħall-klima, il-ħamrija u tipi ta’ uċuħ tar-raba’, u l-għoli tal-art.

8. Proċeduri ta’ preparazzjoni għat-tħaddim ta’ tagħmir ta’ applikazzjoni ta’ pestiċidi, inkluż l-ikkalibrar tiegħu, u għat-tħaddim tiegħu b’riskji minimi għall-utent, bnedmin oħrajn, speċijiet ta’ annimali u pjanti mhux fil-mira, il-bijodiversità u l-ambjent, inklużi r-riżorsi tal-ilma.

9. L-użu tat-tagħmir għall-applikazzjoni ta’ pestiċidi u l-manutenzjoni tiegħu, u metodi speċifiċi ta’ bexx (eż. bexx b’volum żgħir u żnienen li ma jferrxux ħafna), kif ukoll l-objettivi tal-verifika teknika tal-bexxiexa fl-użu u modi kif tittejjeb il-kwalità tal-bexx. Riskji speċifiċi marbuta mal-użu ta’ tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi li jinżamm fl-idejn, jew tal-apparat għall-bexx li jiddendel fuq id-dahar u l-miżuri relevanti għall-ġestjoni tar-riskju.

10. Azzjoni ta’ emerġenza biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, inklużi r-riżorsi tal-ilma f’każ ta’ tixrid aċċidentali, kontaminazzjoni u avvenimenti meteoroloġiċi estremi li jirriżultaw f’riskji ta’ lissija tal-pestiċidi.

11. Kura speċjali f’żoni protetti stabbiliti skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2006/60/KE.

12. Monitoraġġ tas-saħħa u faċilitajiet ta’ aċċess għar-rappurtar dwar kwalunkwe inċident jew inċident suspettat.

13. Iż-żamma ta’ reġistru għal kwalunkwe użu ta’ pestiċidi, konformement mal-leġislazzjoni rilevanti.

ANNESS II

ANNESS II

Rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza u dawk ambjentali marbutin mal-ispezzjoni tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi

L-ispezzjoni tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi għandha tkopri l-aspetti kollha li huma importanti biex jinkiseb livell għoli ta’ sigurtà u protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Għandha tiġi żgurata effettività sħiħa tal-operazzjoni ta’ applikazzjoni permezz ta’ tħaddim tajjeb tal-apparat u l-funzjonijiet tat-tagħmir biex ikun garantit li l-objettivi li ġejjin jintlaħqu.

It-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi għandu jiffunzjona b’mod affidabbli u jintuża sew għall-finijiet intenzjonati tiegħu filwaqt li jiġi żgurat li l-pestiċidi jistgħu jiġu ddożati u distribwiti b’mod preċiż. It-tagħmir għandu jkun f’tali kondizzjoni li jkun jista’ jimtela’ u jitbattal b’mod sikur, faċli u sħiħ u li jimpedixxi t-tnixxija ta’ pestiċidi. Huwa għandu jippermetti wkoll tindif faċli u fil-fond. Huwa għandu jiżgura wkoll tħaddim sikur, u jkun jista’ jiġi kkontrollat u jkun kapaċi jiġi mwaqqaf immedjatament minn-naħa tal-operatur. Fejn meħtieġ, l-aġġustamenti għandhom ikunu sempliċi, preċiżi u kapaċi jiġu riprodotti.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil:

1.   Apparat għat-trasmissjoni tal-enerġija

Il-parti protettiva tal-power take-off drive shaft u l-parti protettiva tal-power input connection għandhom ikunu mmuntati u f’kondizzjoni tajba u t-tagħmir protettiv u kwalunkwe apparat tat-trasmissjoni tal-enerġija li tiċċaqlaq jew iddur m’għandhomx ikunu affettwati fit-tħaddim tagħhom sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-operatur.

2.   Pompa

Il-kapaċità tal-pompa għandha tkun adatta għall-ħtiġijiet tat-tagħmir u l-pompa għandha taħdem sewwa sabiex tiżgura rata ta’ applikazzjoni stabbli u affidabbli. Ma għandu jkun hemm l-ebda tnixxija mill-pompa.

3.   Aġitazzjoni

It-tagħmir għall-aġitazzjoni għandu jiżgura riċirkolazzjoni tajba sabiex tinkiseb konċentrazzjoni uniformi fil-volum kollu tat-taħlita likwida tal-bexx fit-tank.

4.   Tank tal-bexx likwidu

It-tankijiet tal-bexx, inklużi l-indikatur tal-kontenut tat-tank, it-tagħmir għall-mili, il-passaturi u l-filtri, is-sistemi ta’ żvujtar u tlaħliħ, u l-apparat għat-taħlit, għandhom joperaw b’tali mod li jkunu minimizzati tixrid aċċidentali, distribuzzjonijiet mhux uniformi ta’ konċentrazzjoni, espożizzjoni tal-operatur u kontenut residwu.

5.   Sistemi ta’ kejl u sistemi ta’ kontroll u regolazzjoni

L-apparat kollu għall-kejl, biex titfi u tixgħel u għall-aġġustament tal-pressjoni u/jew ir-rata tal-fluss għandhom ikunu kkalibrati sew u jaħdmu sew u m’għandu jkun hemm l-ebda tnixxija. Il-kontroll tal-pressjoni u l-operazzjoni tal-apparat għall-aġġustament tal-pressjoni għandu jkun jista’ jsir faċilment matul l-applikazzjoni. L-apparat għall-aġġustament tal-pressjoni għandu jżomm pressjoni kostanti waqt l-operat b’tidwir kostanti tal-pompa, sabiex ikun żgurat li tiġi applikata rata stabbli tal-volum tal-applikazzjoni.

6.   Pajpijiet u manek

Il-pajpijiet u l-manek għandhom ikunu f’kondizzjoni tajba biex jiġu evitati disturbi tal-fluss tal-likwidu jew tixrid aċċidentali fil-każ ta’ ħsara. Ma għandu jkun hemm l-ebda tnixxija mill-pajpijiet jew mill-manek meta jitħaddmu bil-pressjoni massima li tista’ tintlaħaq mis-sistema.

7.   Filtrar

Sabiex ikunu evitati t-turbolenza u l-eteroġeneità fil-modi kif joħroġ il-bexx, il-filtri għandhom ikunu f’kondizzjoni tajba u d-daqs tax-xibka tal-filtri għandu jikkorrispondi għad-daqs taż-żnienen immuntati fuq il-bexxiex. Fejn applikabbli, is-sistema li tindika li l-filter ikun misdud għandha taħdem sewwa.

8.   Id-driegħ tal-bexxiex (għal tagħmir li jbexxex il-pestiċidi permezz ta’ driegħ ippożizzjonat orizzontalment, li jinsab qrib il-wiċċ tar-raba’ jew il-materjal li jrid jiġi ttrattat)

Id-driegħ tal-bexxiex għandu jkun f’kondizzjoni tajba u stabbli fid-direzzjonijiet kollha. Is-sistemi tal-immuntar u l-aġġustament u t-tagħmir biex jittaffa ċ-ċaqliq mhux intenzjonat u għall-kumpens tal-pendil għandhom jaħdmu b’mod tajjeb.

9.   Żnienen

Iż-żnienen għandhom jaħdmu sewwa biex jikkontrollaw it-taqtir meta jieqaf il-bexx. Biex tkun żgurata l-omoġeneità ta’ kif joħroġ il-bexx, ir-rata tal-fluss ta’ kull żennuna individwali m’għandhiex tvarja b’mod sinifikanti mid-data fit-tabelli tar-rata tal-fluss ipprovduti mill-manifattur.

10.   Distribuzzjoni

Id-distribuzzjoni trasversali u vertikali (fil-każ ta’ applikazzjonijiet f’uċuħ tar-raba’ vertikali) tat-taħlita tal-bexx fiż-żona ta’ mira għandhom ikunu uniformi, fejn rilevanti.

11.   Blower (għal tagħmir li jbexxex il-pestiċidi permezz tal-arja)

Il-blower għandu jkun f’kondizzjoni tajba u għandu jiżgura fluss stabbli u affidabbli tal-arja.

ANNESS III

ANNESS III

Prinċipji ġenerali tal-Ġestjoni Integrata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara

1. Il-prevenzjoni u/jew it-trażżin ta’ organiżmi ta’ ħsara għandhom jinkisbu jew jiġu appoġġati fost għażliet oħra b’mod partikolari permezz ta’:

— ir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’,

— l-użu ta’ tekniki ta’ kultivazzjoni adegwati (eż., it-teknika tal-użu ta’ ħammiela mhux friska, l-għażla ta’ żmien iż-żrigħ u tad-densitajiet, iż-żrigħ bil-ftit, it-tħaddim tal-ħamrija biex tiġi kkonservata, iż-żbir u ż-żrigħ dirett),

— l-użu, fejn xieraq, ta’ cultivars reżistenti/tolleranti u żerriegħa u materjal ta’ taħwil standard/iċċertifikati,

— l-użu ta’ prattika bbilanċjata ta’ fertilizzazzjoni, ta’ trattament bil-ġir u ta’ tisqija/skular tal-ilma,

— il-prevenzjoni tal-firxa ta’ organiżmi ta’ ħsara b’miżuri ta’ iġjene (eż. permezz ta’ tindif regolari ta’ makkinarju u tagħmir),

— il-protezzjoni u t-tisħiħ ta’ organiżmi ta’ benefiċċju importanti, eż. b’miżuri adegwati għall-protezzjoni tal-pjanti jew l-użu ta’ infrastrutturi ekoloġiċi ġo u barra mis-siti ta’ produzzjoni.

2. L-organiżmi ta’ ħsara għandhom jiġu mmonitorjati b’metodi u għodod adegwati, fejn disponibbli. Għodod adegwati bħal dawn għandhom jinkludu osservazzjonijiet fil-post kif ukoll sistemi ta’ twissija, previżjoni u dijanjosi bikrija li jkunu xjentifikament tajbin, fejn ikun vijabbli, kif ukoll l-użu ta’ parir minn konsulenti professjonali kkwalifikati.

3. L-utent professjonali għandu jiddeċiedi jekk għandux japplika l-miżuri għall-protezzjoni tal-pjanti u meta, abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ. Valuri ta’ limitu robusti u xjentifikament tajbin huma komponenti essenzjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Għall-organiżmi ta’ ħsara għandhom jitqiesu l-livelli ta’ limitu definiti għar-reġjun, iż-żoni speċifiċi, l-uċuħ tar-raba u l-kondizzjonijiet klimatiċi partikolari qabel it-trattament, fejn vijabbli.

4. Metodi sostenibbli bijoloġiċi, fiżiċi u mhux kimiċi oħrajn għandhom ikunu ppreferuti fuq metodi kimiċi jekk huma jipprovdu kontroll sodisfaċenti tal-organiżmi ta’ ħsara.

5. Il-pestiċidi applikati għandhom ikunu speċifiċi kemm jista’ jkun għall-mira u għandu jkollhom l-inqas effetti sekondarji fuq is-saħħa tal-bniedem, l-organiżmi mhux fil-mira u l-ambjent.

6. L-utent professjonali għandu jżomm l-użu tal-pestiċidi u forom oħra ta’ intervent għal-livelli meħtieġa, eż. b’dożi mnaqqsin, frekwenza ta’ applikazzjoni mnaqqsa jew applikazzjonijiet parzjali, filwaqt li jiġi kkunsidrat li l-livell ta’ riskju fil-veġetazzjoni huwa aċċettabbli u li huma ma jżidux ir-riskju għall-iżvilupp ta’ reżistenza fil-popolazzjonijiet tal-organiżmi ta’ ħsara.

7. Fejn ikun magħruf ir-riskju ta’ reżistenza kontra miżura għall-protezzjoni tal-pjanti u fejn il-livell tal-organiżmi ta’ ħsara jeħtieġ applikazzjoni ripetuta ta’ pestiċidi għall-uċuħ tar-raba’, għandhom jiġu applikati strateġiji disponibbli ta’ kontra r-reżistenza biex tinżamm l-effettività tal-prodotti. Dan jista’ jinkludi l-użu ta’ pestiċidi multipli b’modi ta’ azzjoni differenti.

8. L-utent professjonali għandu jivverifika s-suċċess tal-miżuri applikati għall-protezzjoni tal-pjanti abbażi tar-riżultati dwar l-użu tal-pestiċidi u dwar il-monitoraġġ tal-organiżmi ta’ ħsara.

▼M2

ANNESS IV

ANNESS IV

TAQSIMA 1

Indikaturi tar-Riskju Armonizzati

L-indikaturi tar-riskju armonizzati huma elenkati fit-Taqsimiet 2 u 3 ta' dan l-Anness.

TAQSIMA 2

Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1: Indikatur tar-Riskju Armonizzat ibbażat fuq il-Periklu, abbażi tal-kwantitajiet ta' sustanzi attivi mqiegħda fis-suq fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009

1.

Dan l-indikatur għandu jkun ibbażat fuq l-istatistika dwar il-kwantitajiet ta' sustanzi attivi mqiegħda fis-suq fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, mogħtija lill-Kummissjoni (il-Eurostat) skont l-Anness I (Statistika dwar it-tqegħid fis-suq ta' pestiċidi) tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009. Dik id-data hija kategorizzata f'erba' Gruppi, li huma maqsuma f'seba' Kategoriji.

2.

Ir-regoli ġenerali li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu tal-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1:

(a) l-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1 għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-kategorizzazzjoni ta' sustanzi attivi fl-erba' Gruppi u fis-seba' Kategoriji stabbiliti fit-Tabella 1;

(b) is-sustanzi attivi fil-Grupp 1 (il-kategoriji A u B) għandhom ikunu dawk elenkati fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 8 );

(c) is-sustanzi attivi fil-Grupp 2 (il-kategoriji C u D) għandhom ikunu dawk elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011;

(d) is-sustanzi attivi fil-Grupp 3 (il-kategoriji E u F) għandhom ikunu dawk elenkati fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011;

(e) is-sustanzi attivi fil-Grupp 4 (il-kategorija G) għandhom ikunu dawk li ma jkunux ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u għalhekk mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011;

(f) il-ponderazzjonijiet fir-ringiela (vi) fit-Tabella 1 għandhom japplikaw.

3.

L-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1 għandu jiġi kkalkulat permezz tal-multiplikazzjoni tal-kwantitajiet annwali ta' sustanzi attivi li jitqiegħdu fis-suq għal kull Grupp fit-Tabella 1 bil-ponderazzjoni ta' periklu rilevanti stabbilit fir-Ringiela vi, segwita bl-aggregazzjoni tar-riżultati ta' dawn il-kalkoli.

4.

Il-kwantitajiet ta' sustanzi attivi li jitqiegħdu fis-suq għal kull Grupp u Kategorija fit-Tabella 1 jistgħu jiġu kkalkulati.



Tabella 1

Il-kategorizzazzjoni tas-sustanzi attivi u l-ponderazzjonijiet tal-periklu bl-għan li jiġi kkalkulat l-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1

Ringiela

Gruppi

1

2

3

4

(i)

Is-sustanzi attivi b'riskju baxx li huma approvati jew meqjusa bħala approvati skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u li huma elenkati fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Is-sustanzi attivi approvati jew meqjusa bħala approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u li mhumiex f'kategoriji oħra, u li huma elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Is-sustanzi attivi approvati jew meqjusa bħala approvati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u li huma kandidati għas-sostituzzjoni, u li huma elenkati fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Is-sustanzi attivi li mhumiex approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u għalhekk li mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

(ii)

Kategoriji

(iii)

A

B

C

D

E

F

G

(iv)

Mikroorganiżmi

Sustanzi attivi kimiċi

Mikroorganiżmi

Sustanzi attivi kimiċi

Li ma jkunux ikklassifikati bħala:

Karċinoġeni tal-Kategorija 1 A jew 1B

u/jew

Sustanzi Tossiċi għar-Riproduzzjoni tal-Kategorija 1 A jew 1B

u/jew

Sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali

Li jkunu kklassifikati bħala:

Karċinoġeni tal-Kategorija 1 A jew 1B

u/jew

Sustanzi Tossiċi għar-Riproduzzjoni tal-Kategorija 1 A jew 1B

u/jew

Sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali, fejn l-espożizzjoni tal-bnedmin tkun negliġibbli

 

(v)

Ponderazzjonijiet tal-Periklu applikabbli għall-kwantitajiet ta' sustanzi attivi mqiegħda fis-suq fi prodotti awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009

(vi)

1

8

16

64

5.

Il-linja bażi għall-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1 għandha tiġi stabbilita għal 100, u hija ugwali għar-riżultat medju tal-kalkolu ta' hawn fuq għall-perjodu mill-2011 sal-2013.

6.

Ir-riżultat tal-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1 għandu jkun espress b'referenza għal-linja bażi.

7.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkalkulaw u jippubblikaw l-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1 b'konformità mal-Artikolu 15(2) u 15(4) tad-Direttiva 2009/128/KE għal kull sena kalendarja u sa mhux aktar tard minn 20 xahar wara tmiem is-sena li għaliha qed jiġi kkalkulat l-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1.

TAQSIMA 3

Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2: L-Indikatur tar-Riskju Armonizzat ibbażat fuq in-numru ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009

1.

Dan l-indikatur għandu jkun ibbażat fuq in-numru ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 kif ikkomunikat lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 53(1) ta' dak ir-Regolament. Dik id-data hija kategorizzata f'erba' Gruppi, li huma maqsuma f'seba' Kategoriji.

2.

Ir-regoli ġenerali li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu tal-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2:

(a) l-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2 għandu jkun ibbażat fuq in-numru ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Dan għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-kategorizzazzjoni ta' sustanzi attivi fl-erba' Gruppi u fis-seba' Kategoriji stabbiliti fit-Tabella 2 ta' din it-Taqsima;

(b) is-sustanzi attivi fil-Grupp 1 (il-kategoriji A u B) huma elenkati fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011;

(c) is-sustanzi attivi fil-Grupp 2 (il-kategoriji C u D) huma dawk elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011;

(d) is-sustanzi attivi fil-Grupp 3 (il-kategoriji E u F) għandhom ikunu dawk elenkati fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011;

(e) is-sustanzi attivi fil-Grupp 4 (il-kategorija G) għandhom ikunu dawk li ma jkunux ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u għalhekk mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011;

(f) Il-ponderazzjonijiet fir-ringiela (vi) fit-Tabella 2 ta' din it-Taqsima għandhom japplikaw.

3.

L-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2 għandu jiġi kkalkulat billi n-numru ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għal kull Grupp fit-Tabella 2 jiġi mmultiplikat bil-ponderazzjoni tal-periklu rilevanti stabbilita fir-Ringiela (vi), segwit bl-aggregazzjoni tar-riżultati ta' dawn il-kalkoli.



Tabella 2

Il-kategorizzazzjoni tas-sustanzi attivi u l-ponderazzjonijiet tal-periklu bl-għan li jiġi kkalkulat l-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2

Ringiela

Gruppi

1

2

3

4

(i)

Is-sustanzi attivi b'riskju baxx li huma approvati jew meqjusa bħala approvati skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u li huma elenkati fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Is-sustanzi attivi approvati jew meqjusa bħala approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u li mhumiex f'kategoriji oħra, u li huma elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Is-sustanzi attivi approvati jew meqjusa bħala approvati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u li huma kandidati għas-sostituzzjoni, u li huma elenkati fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Is-sustanzi attivi li mhumiex approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u għalhekk li mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

(ii)

Kategoriji

(iii)

A

B

C

D

E

F

G

(iv)

Mikroorganiżmi

Sustanzi attivi kimiċi

Mikroorganiżmi

Sustanzi attivi kimiċi

Li ma jkunux ikklassifikati bħala:

Karċinoġeni tal-Kategorija 1 A jew 1B

u/jew

Sustanzi Tossiċi għar-Riproduzzjoni tal-Kategorija 1 A jew 1B

u/jew

Sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali

Li jkunu kklassifikati bħala:

Karċinoġeni tal-Kategorija 1 A jew 1B

u/jew

Sustanzi Tossiċi għar-Riproduzzjoni tal-Kategorija 1 A jew 1B

u/jew

Sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali fejn l-espożizzjoni tal-bnedmin tkun negliġibbli

 

(v)

Ponderazzjonijiet tal-Periklu applikabbli għan-numru ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009

(vi)

1

8

16

64

4.

Il-linja bażi għall-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2 għandha tiġi stabbilita għal 100, u hija ugwali għar-riżultat medju tal-kalkolu ta' hawn fuq għall-perjodu mill-2011 sal-2013.

5.

Ir-riżultat tal-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2 għandu jkun espress b'referenza għal-linja bażi.

6.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkalkulaw u jippubblikaw l-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2 b'konformità mal-Artikolu 15(2) u 15(4) tad-Direttiva 2009/128/KE għal kull sena kalendarja u sa mhux aktar tard minn 20 xahar wara tmiem is-sena li għaliha qed jiġi kkalkulat l-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2.


( 1 ) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

( 2 ) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

( 3 ) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

( 4 ) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

( 5 ) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

( 6 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 7 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

( 8 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0128
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.