|
+Artikolu 20 Standardizzazzjoni ---+Article 20 1. ---+Article 20 2. ---+Article 20 3. |
Artikolu 20 StandardizzazzjoniArtikolu 20 Standardizzazzjoni 1. L-istandards imsemmija fl-Artikolu 8(4) ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu stabbiliti konformement mal-proċedura prevista fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u ta’ regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni ( 5 ). It-talba għall-iżvilupp ta’ dawn l-istandards tista’ tiġi stabbilita f’konsultazzjoni mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 21(1). 2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzi tal-istandards f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 3. Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li standard armonizzat ma jissodisfax għal kollox ir-rekwiżiti li jkopri, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat għandhom iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, u jippreżentaw il-każ tagħhom. Dak il-Kumitat għandujagħti l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien. Fid-dawl tal-opinjoni ta’ dak il-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tippubblika, li ma tippubblikax, li tippubblika b’mod ristrett, li żżomm, li żżomm b’mod ristrett jew li tirtira r-referenzi għall-istandard armonizzat konċernat fi jew minn ll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|