+KAPITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
---+Artikolu 17 Penali
---+Artikolu 18 Skambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattika
---+Artikolu 19 Ħlasijiet u imposti
------+Article 19 1.
------+Article 19 2.
---+Artikolu 20 Standardizzazzjoni
------+Article 20 1.
------+Article 20 2.
------+Article 20 3.
---+Artikolu 20a Eżerċizzju tad-delega
------+Article 20a 1.
------+Article 20a 2.
------+Article 20a 3.
------+Article 20a 4.
------+Article 20a 5.
------+Article 20a 6.
---+Artikolu 21 Proċedura ta’ kumitat
---+Artikolu 23 Traspożizzjoni
------+Article 23 1.
------+Article 23 2.
---+Artikolu 24 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 25 Indirizzati

KAPITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

KAPITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 Penali

Artikolu 17

Penali

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

►C1  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Novembru 2012 u ◄ għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti.

Artikolu 18 Skambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattika

Artikolu 18

Skambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattika

Il-Kummissjoni għandha tressaq bħala prijorità għad-diskussjoni fil-grupp ta’ esperti tal-istrateġija tematika dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattika fil-qasam tal-użu sostenibbli tal-pestiċidi u l-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara.

Artikolu 19 Ħlasijiet u imposti

Artikolu 19

Ħlasijiet u imposti

1.  L-Istati Membri jistgħu jirkupraw l-ispejjeż assoċjati ma’ kwalunkwe ħidma li tirriżulta mill-obbligi taħt din id-Direttiva permezz ta’ ħlas jew imposta.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħlas jew l-imposta msemmija fil-paragrafu 1 hija stabbilita b’mod trasparenti u tikkorrespondi għall-ispiża attwali tal-ħidma involuta.

Artikolu 20 Standardizzazzjoni

Artikolu 20

Standardizzazzjoni

1.  L-istandards imsemmija fl-Artikolu 8(4) ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu stabbiliti konformement mal-proċedura prevista fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u ta’ regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni ( 5 ).

It-talba għall-iżvilupp ta’ dawn l-istandards tista’ tiġi stabbilita f’konsultazzjoni mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 21(1).

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzi tal-istandards f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.  Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li standard armonizzat ma jissodisfax għal kollox ir-rekwiżiti li jkopri, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat għandhom iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, u jippreżentaw il-każ tagħhom. Dak il-Kumitat għandujagħti l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

Fid-dawl tal-opinjoni ta’ dak il-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tippubblika, li ma tippubblikax, li tippubblika b’mod ristrett, li żżomm, li żżomm b’mod ristrett jew li tirtira r-referenzi għall-istandard armonizzat konċernat fi jew minn ll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M3

Artikolu 20a Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 20a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(3), l-Artikolu 8(7), l-Artikolu 14(4) u l-Artikolu 15(1) għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(3), fl-Artikolu 8(7), fl-Artikolu 14(4) u fl-Artikolu 15(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 6 ).

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 8(7), l-Artikolu 14(4) u l-Artikolu 15(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 21 Proċedura ta’ kumitat

Artikolu 21

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel ( 7 ).

▼M3 —————

▼M1 —————

▼B

Artikolu 23 Traspożizzjoni

Artikolu 23

Traspożizzjoni

▼C1

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sas-26 ta’ Novembru 2011.

▼B

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir tali referenza għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 24 Dħul fis-seħħ

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 25 Indirizzati

Artikolu 25

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0128
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.