|
+ANNESS I |
ANNESS IANNESS I Suġġetti ta’ taħriġ imsemmijin fl-Artikolu 5 1. Il-leġislazzjoni rilevanti kollha rigward il-pestiċidi u l-użu tagħhom. 2. L-eżistenza u r-riskji tal-prodotti illegali (ffalsifikati) għall-protezzjoni tal-pjanti, u l-metodi ta’ identifikazzjoni ta’ prodotti ta’ dan it-tip. 3. Il-perikli u r-riskji assoċjati mal-pestiċidi, u kif jiġu identifikati u kkontrollati, b’mod partikolari: (a) ir-riskji lill-bnedmin (operaturi, residenti, persuni fil-qrib, persuni li jidħlu f’żoni ttrattati u dawk li jmissu jew jieklu l-oġġetti ttrattati) u kif fatturi bħal ma hu t-tipjip jaggravaw dawn ir-riskji; (b) is-sintomi tal-avvelenament bil-pestiċidi u l-miżuri tal-ewwel għajnuna; (c) ir-riskji għall-pjanti mhux fil-mira, l-insetti li huma ta’ benefiċċju, il-flora u l-fawna salvaġġa, il-bijodiversità u l-ambjent b’mod ġenerali. 4. Kunċetti dwar strateġiji u metodi għall-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara, strateġiji u metodi għall-ġestjoni integrata tal-uċuħ tar-raba’, prinċipji tal-biedja organika, metodi ta’ kontroll bijoloġiku ta’ organiżmi ta’ ħsara, informazzjoni dwar il-prinċipji ġenerali u l-linji gwida speċifiċi għall-uċuħ tar-raba’ jew għas-settur għall-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara. 5. Inizjazzjoni għal valutazzjoni komparattiva fil-livell tal-utent biex tgħin lill-utenti professjonali jagħmlu l-aktar għażliet xierqa dwar il-pestiċidi bl-inqas effetti sekondarji fuq is-saħħa tal-bniedem, l-organiżmi mhux fil-mira u l-ambjent minn fost il-prodotti kollha awtorizzati għal problema speċifika ta’ organiżmu ta’ ħsara, f’sitwazzjoni speċifika. 6. Miżuri biex jiġu minimizzati r-riskji lill-bnedmin, lil organiżmi mhux fil-mira u lill-ambjent: prattika operattiva sikura għall-ħżin, l-immaniġġar u t-taħlit tal-pestiċidi, u r-rimi ta’ ppakkjar vojt, materjal ieħor ikkontaminat u pestiċidi żejda li jifdal (inklużi taħlitiet f’tankijiet), kemm jekk f’għamla konċentrata kif ukoll jekk dilwita; il-metodu rakkomandat għall-kontroll tal-espożizzjoni tal-operatur (tagħmir ta’ protezzjoni personali). 7. Metodi bbażati fuq ir-riskju li jqisu l-varjazzjonijiet lokali tal-ġbir tal-ilma, bħall-klima, il-ħamrija u tipi ta’ uċuħ tar-raba’, u l-għoli tal-art. 8. Proċeduri ta’ preparazzjoni għat-tħaddim ta’ tagħmir ta’ applikazzjoni ta’ pestiċidi, inkluż l-ikkalibrar tiegħu, u għat-tħaddim tiegħu b’riskji minimi għall-utent, bnedmin oħrajn, speċijiet ta’ annimali u pjanti mhux fil-mira, il-bijodiversità u l-ambjent, inklużi r-riżorsi tal-ilma. 9. L-użu tat-tagħmir għall-applikazzjoni ta’ pestiċidi u l-manutenzjoni tiegħu, u metodi speċifiċi ta’ bexx (eż. bexx b’volum żgħir u żnienen li ma jferrxux ħafna), kif ukoll l-objettivi tal-verifika teknika tal-bexxiexa fl-użu u modi kif tittejjeb il-kwalità tal-bexx. Riskji speċifiċi marbuta mal-użu ta’ tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi li jinżamm fl-idejn, jew tal-apparat għall-bexx li jiddendel fuq id-dahar u l-miżuri relevanti għall-ġestjoni tar-riskju. 10. Azzjoni ta’ emerġenza biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, inklużi r-riżorsi tal-ilma f’każ ta’ tixrid aċċidentali, kontaminazzjoni u avvenimenti meteoroloġiċi estremi li jirriżultaw f’riskji ta’ lissija tal-pestiċidi. 11. Kura speċjali f’żoni protetti stabbiliti skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2006/60/KE. 12. Monitoraġġ tas-saħħa u faċilitajiet ta’ aċċess għar-rappurtar dwar kwalunkwe inċident jew inċident suspettat. 13. Iż-żamma ta’ reġistru għal kwalunkwe użu ta’ pestiċidi, konformement mal-leġislazzjoni rilevanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|