|
+ANNESS II |
ANNESS IIANNESS II Rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza u dawk ambjentali marbutin mal-ispezzjoni tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi L-ispezzjoni tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi għandha tkopri l-aspetti kollha li huma importanti biex jinkiseb livell għoli ta’ sigurtà u protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Għandha tiġi żgurata effettività sħiħa tal-operazzjoni ta’ applikazzjoni permezz ta’ tħaddim tajjeb tal-apparat u l-funzjonijiet tat-tagħmir biex ikun garantit li l-objettivi li ġejjin jintlaħqu. It-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi għandu jiffunzjona b’mod affidabbli u jintuża sew għall-finijiet intenzjonati tiegħu filwaqt li jiġi żgurat li l-pestiċidi jistgħu jiġu ddożati u distribwiti b’mod preċiż. It-tagħmir għandu jkun f’tali kondizzjoni li jkun jista’ jimtela’ u jitbattal b’mod sikur, faċli u sħiħ u li jimpedixxi t-tnixxija ta’ pestiċidi. Huwa għandu jippermetti wkoll tindif faċli u fil-fond. Huwa għandu jiżgura wkoll tħaddim sikur, u jkun jista’ jiġi kkontrollat u jkun kapaċi jiġi mwaqqaf immedjatament minn-naħa tal-operatur. Fejn meħtieġ, l-aġġustamenti għandhom ikunu sempliċi, preċiżi u kapaċi jiġu riprodotti. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil: 1. Apparat għat-trasmissjoni tal-enerġija Il-parti protettiva tal-power take-off drive shaft u l-parti protettiva tal-power input connection għandhom ikunu mmuntati u f’kondizzjoni tajba u t-tagħmir protettiv u kwalunkwe apparat tat-trasmissjoni tal-enerġija li tiċċaqlaq jew iddur m’għandhomx ikunu affettwati fit-tħaddim tagħhom sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-operatur. 2. Pompa Il-kapaċità tal-pompa għandha tkun adatta għall-ħtiġijiet tat-tagħmir u l-pompa għandha taħdem sewwa sabiex tiżgura rata ta’ applikazzjoni stabbli u affidabbli. Ma għandu jkun hemm l-ebda tnixxija mill-pompa. 3. Aġitazzjoni It-tagħmir għall-aġitazzjoni għandu jiżgura riċirkolazzjoni tajba sabiex tinkiseb konċentrazzjoni uniformi fil-volum kollu tat-taħlita likwida tal-bexx fit-tank. 4. Tank tal-bexx likwidu It-tankijiet tal-bexx, inklużi l-indikatur tal-kontenut tat-tank, it-tagħmir għall-mili, il-passaturi u l-filtri, is-sistemi ta’ żvujtar u tlaħliħ, u l-apparat għat-taħlit, għandhom joperaw b’tali mod li jkunu minimizzati tixrid aċċidentali, distribuzzjonijiet mhux uniformi ta’ konċentrazzjoni, espożizzjoni tal-operatur u kontenut residwu. 5. Sistemi ta’ kejl u sistemi ta’ kontroll u regolazzjoni L-apparat kollu għall-kejl, biex titfi u tixgħel u għall-aġġustament tal-pressjoni u/jew ir-rata tal-fluss għandhom ikunu kkalibrati sew u jaħdmu sew u m’għandu jkun hemm l-ebda tnixxija. Il-kontroll tal-pressjoni u l-operazzjoni tal-apparat għall-aġġustament tal-pressjoni għandu jkun jista’ jsir faċilment matul l-applikazzjoni. L-apparat għall-aġġustament tal-pressjoni għandu jżomm pressjoni kostanti waqt l-operat b’tidwir kostanti tal-pompa, sabiex ikun żgurat li tiġi applikata rata stabbli tal-volum tal-applikazzjoni. 6. Pajpijiet u manek Il-pajpijiet u l-manek għandhom ikunu f’kondizzjoni tajba biex jiġu evitati disturbi tal-fluss tal-likwidu jew tixrid aċċidentali fil-każ ta’ ħsara. Ma għandu jkun hemm l-ebda tnixxija mill-pajpijiet jew mill-manek meta jitħaddmu bil-pressjoni massima li tista’ tintlaħaq mis-sistema. 7. Filtrar Sabiex ikunu evitati t-turbolenza u l-eteroġeneità fil-modi kif joħroġ il-bexx, il-filtri għandhom ikunu f’kondizzjoni tajba u d-daqs tax-xibka tal-filtri għandu jikkorrispondi għad-daqs taż-żnienen immuntati fuq il-bexxiex. Fejn applikabbli, is-sistema li tindika li l-filter ikun misdud għandha taħdem sewwa. 8. Id-driegħ tal-bexxiex (għal tagħmir li jbexxex il-pestiċidi permezz ta’ driegħ ippożizzjonat orizzontalment, li jinsab qrib il-wiċċ tar-raba’ jew il-materjal li jrid jiġi ttrattat) Id-driegħ tal-bexxiex għandu jkun f’kondizzjoni tajba u stabbli fid-direzzjonijiet kollha. Is-sistemi tal-immuntar u l-aġġustament u t-tagħmir biex jittaffa ċ-ċaqliq mhux intenzjonat u għall-kumpens tal-pendil għandhom jaħdmu b’mod tajjeb. 9. Żnienen Iż-żnienen għandhom jaħdmu sewwa biex jikkontrollaw it-taqtir meta jieqaf il-bexx. Biex tkun żgurata l-omoġeneità ta’ kif joħroġ il-bexx, ir-rata tal-fluss ta’ kull żennuna individwali m’għandhiex tvarja b’mod sinifikanti mid-data fit-tabelli tar-rata tal-fluss ipprovduti mill-manifattur. 10. Distribuzzjoni Id-distribuzzjoni trasversali u vertikali (fil-każ ta’ applikazzjonijiet f’uċuħ tar-raba’ vertikali) tat-taħlita tal-bexx fiż-żona ta’ mira għandhom ikunu uniformi, fejn rilevanti. 11. Blower (għal tagħmir li jbexxex il-pestiċidi permezz tal-arja) Il-blower għandu jkun f’kondizzjoni tajba u għandu jiżgura fluss stabbli u affidabbli tal-arja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|