|
+Artikolu 6 ---+Article 6 1. ---+Article 6 2. ---+Article 6 3. |
Artikolu 6Artikolu 6 1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu, għall-ispeċi kollha tal-għasafar imsemmija fl-Artikolu 1, il-bejgħ, it-trasport għall-bejgħ, iż-żamma għall-bejgħ u l-offerta għall-bejgħ ta’ għasafar ħajjin jew mejtin ta’ xi partijiet faċilment jintgħarfu jew derivattivi ta’ dawn l-għasafar. 2. L-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu pprojbiti għall-ispeċi msemmija fl-Anness III Parti A, sakemm l-għasafar li kienu maqtula jew maqbuda legalment jew b’mod ieħor akkwistati b’mod legali. 3. L-Istati Membri jistgħu, għall-ispeċi elenkati fl-Anness III, Parti B, jippermettu fit-territorju tagħhom l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, billi jagħmlu dispożizzjonijiet għal ċerti restrizzjonijiet, kemm il-darba l-għasafar kienu legalment maqtula jew maqbuda jew b’ xi mod ieħor legalment akkwistati. L-Istati Membri li jixtiequ jagħtu awtorizzazzjoni simili għandhom l-ewwel qabel kollox jikkonsultaw mal-Kummissjoni bl-għan li jeżaminaw flimkien magħha jekk il-kummerċ tal-kampjuni tal-ispeċi bħal dawn jistax jirriżulta jew jistax ikun raġonevolment maħsub li jirriżulta li l-livelli tal-popolazzjoni, id-distribuzzjoni ġeografika jew ir-rata tar-riproduzzjoni tal-ispeċi jkunu perikolati fil-Komunità. Jekk dan l-eżami juri li l-awtorizzazzjoni maħsuba, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, se tirriżulta f’waħda mill-ispeċi msemmija qabel li tkun hekk perikolata jew bil-possibiltà li huma jkunu hekk ipperikolati, il-Kummissjoni għandha tibgħat rakkomandazzjoni raġunata lill-Istat Membru kkonċernat li tesprimi fiha l-oppożizzjoni tagħha għall-kummerċ tal-ispeċi in kwistjoni. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li ma jeżisti ebda riskju, din għandha tinforma b’dan lill-Istat Membru kkonċernat. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Istat Membru li jkun qed jagħti awtorizzazzjoni skont dan il-paragrafu għandu jivverifika f’intervalli regolari li l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din jibqgħu jiġu mħarsa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|