+Artikolu 4
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.

Artikolu 4

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.

In-Netwerk għandu jinkludi:

(a) 

l-elementi komponenti prinċipali tan-netwerks ta’ informazzjoni nazzjonali,

(b) 

il-punti fokali nazzjonali,

(c) 

iċ-ċentri topiċi.

Artikolu 4 2.

L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Aġenzija infurmata bl-elementi komponenti prinċipali tal-qafas nazzjonali tagħhom dwar l-informazjoni ambjentali, b’mod speċjali fiż-żoni ta’ prijorità msemmija fl-Artikolu 3(2), inklużi kwalunkwe istituzzjonijiet li fil-fehma tagħhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għax-xogħol tal-Aġenzija, waqt li jqisu l-ħtieġa li tkun żgurata kemm jista’ jkun l-akbar kopertura ġeografika possibbli tat-territorju tagħhom.

L-Istati Membri għandhom, kif xieraq, jikkooperaw mal-Aġenzija u jikkontribwixxu għax-xogħol tan-Netwerk Ewropew għal Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent skont il-programmi tax-xogħol tal-Aġenzija bil-ġbir, tqabbil u l-analiżi ta’ informazzjoni nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jissieħbu biex jikkoperaw f’dawn l-attivitajiet fuq livell transnazzjonali.

Artikolu 4 3.
L-Istati Membri jistgħu b’mod partikolari jaħtru minn fost l-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jew minn fost organizzazzjonijiet oħra stabbiliti fit-territorju tagħhom bħala “punt fokali nazzjonali” għall-koordinament u/jew it-trasmissjoni tal-informazzjoni li għandha tkun fornuta f’livell nazzjonali lill-Aġenzija u lill-istituzzjonijiet jew korpi li jiffurmaw parti min-Netwerk, inklużi ċentri topiċi msemmija fil-paragrafu 4.
Artikolu 4 4.

L-Istati Membri jistgħu wkoll, sat-30 ta’ April 1994, jidentifikaw l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet l-oħra stabbiliti fit-territorju tagħhom li jistgħu speċifikament jiġu fdati bil-biċċa xogħol li jikkooperaw mal-Aġenzija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti suġġetti ta’ interess partikolari.

Istituzzjoni identifikata b’dan il-mod għandha tkun f’qagħda li tikkonkludi ftehim mal-Aġenzija sabiex taġixxi bħala ċentru topiku tan-Netwerk għal ħidmiet speċifiċi.

Dawn iċ-ċentri għandhom jikkooperaw ma’ istituzzjonijiet oħra li jifformaw parti min-Netwerk.

Artikolu 4 5.
Iċ-ċentri topiċi għandhom ikunu nominati mill-Bord ta’ Mmaniġġjar kif definit fl-Artikolu 8(1), għal perjodu li ma jeċċedix it-tul ta’ kull programm ta’ xogħol multi-annwali msemmi fl-Artikolu 8(4). Kull desinjazzjoni tista’, b’danakollu, tkun imġedda.
Artikolu 4 6.
L-allokazzjoni ta’ ħidmiet speċifiċi għaċ-ċentri topiċi għandha tidher fil-programm tax-xogħol multi-annwali tal-Aġenzija msemmi fl-Artikolu 8(4).
Artikolu 4 7.
Fid-dawl b’mod partikolari tal-programm tax-xogħol multiannwali, l-Aġenzija għandha b’mod perjodiku teżamina mill-ġdid l-elementi komponenti tan-Netwerk kif hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 u għandha tagħmel tibdil bħal dan kif jista’ jiġi deċiż mill-Bord ta’ Mmaniġġjar, billi jingħata kas ta’ ħatriet ġodda magħmula mill-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0401
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.