L-Istati Membri jistgħu wkoll, sat-30 ta’ April 1994, jidentifikaw l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet l-oħra stabbiliti fit-territorju tagħhom li jistgħu speċifikament jiġu fdati bil-biċċa xogħol li jikkooperaw mal-Aġenzija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti suġġetti ta’ interess partikolari.
Istituzzjoni identifikata b’dan il-mod għandha tkun f’qagħda li tikkonkludi ftehim mal-Aġenzija sabiex taġixxi bħala ċentru topiku tan-Netwerk għal ħidmiet speċifiċi.
Dawn iċ-ċentri għandhom jikkooperaw ma’ istituzzjonijiet oħra li jifformaw parti min-Netwerk.