Il-Bord ta’ Mmaniġġjar għandu, malajr kemm jista’ jkun, jinnotifika lill-awtorità baġitarja dwar l-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kull proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit, b’mod partikolari kull proġett li jkollu x’jaqsam mal-proprjetà bħalma huma l-kiri jew ix-xiri tal-bini. Għandu jgħarraf b’dan lill-Kummissjoni.
Meta fergħa tal-awtorità baġitarja tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni, għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord Ta’ Mmaniġġjar fi żmien sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.