+Artikolu 12
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
|
Artikolu 12
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Kull sena l-Bord ta’ Mmaniġġjar, fuq il-bażi ta’ abbozz imfassal mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jippreżenta rendikont tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara. Dan ir-rendikont dwar l-estimi finanzjarji, li għandu jinkludi abbozz tal-pjan tal-istabbiliment, għandu jintbagħat mill-Bord ta’ Mmaniġġjar lill-Kummissjoni l-iktar tard sal-31 ta’ Marzu.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Ir-rendikont dwar l-estimi għandu jintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn issa’ l quddiem imsemmija bħala l-awtorità baġitarja) flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Fuq il-bażi tar-rendikont dwar l-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej l-estimi li jidhrilha meħtieġa għall-pjan tal-istabbiliment u l-ammont tas-sussidju li jrid jiġi impost fuq il-baġit ġenerali, li l-Kummissjoni għandha tippreżenta quddiem l-awtorità baġitarja skont l-Artikolu 272 tat-Trattat.
|
|
Artikolu 12 4.
|
L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprijazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija.
L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan tal-istabbiliment għall-Aġenzija.
|
|
Artikolu 12 5.
|
Il-baġit għandu jiġi adottat mill-Bord ta’ Mmaniġġjar. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Meta xieraq, għandu jiġi aġġustat kif jixraq.
|
|
Artikolu 12 6.
|
Il-Bord ta’ Mmaniġġjar għandu, malajr kemm jista’ jkun, jinnotifika lill-awtorità baġitarja dwar l-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kull proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit, b’mod partikolari kull proġett li jkollu x’jaqsam mal-proprjetà bħalma huma l-kiri jew ix-xiri tal-bini. Għandu jgħarraf b’dan lill-Kummissjoni.
Meta fergħa tal-awtorità baġitarja tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni, għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord Ta’ Mmaniġġjar fi żmien sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0401
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|