+Artikolu 3 Id-definizzjonijiet

Artikolu 3 Id-definizzjonijiet

Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“magna” tfisser is-sors ta’ propulsjoni ta’ qawwa mekkanika ta’ vettura li għaliha tista’ tingħata approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata, kif ġiet definita fil-punt (25) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE;

(2) 

“inkwinanti gassużi” tfisser l-emissjonijiet tal-gass tal-egżost tal-monossidu tal-karbonju, ta’ NOx , espressi f’ekwivalenti għad-NO2, u tal-idrokarbonji;

(3) 

“inkwinanti f’partikulati” tfisser il-komponenti tal-gass tal-egżost li jitneħħew minn gass tal-egżost dilwit f’temperatura massima ta’ 325 K (52 °C) permezz ta’ filtri deskritti fil-proċedura tat-test għall-verifika tal-emissjonijiet mit-tailpipe;

(4) 

“emissjonijiet mit-tailpipe” tfisser l-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u f’partikulati;

(5) 

“crankcase” tfisser l-ispazji fi, jew barra minn magna li huma konnessi mat-tank taż-żejt b’kanali interni jew esterni li minnhom jistgħu jiġu emessi l-gassijiet u l-fwar;

(6) 

“tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser dawk il-komponenti ta’ vettura li jikkontrollaw u/jew jillimitaw l-emissjonijiet mit-tailpipe;

(7) 

“sistema dijanjostika fil-vettura(OBD)” tfisser sistema abbord vettura jew konnessa ma’ magna li għandha l-kapaċità li tidentifika ħsarat, u jekk applikabbli, tindikahom permezz ta’ sistema ta’ allarm, li tidentifika ż-żona fejn probabbli tinsab il-ħsara permezz ta’ informazzjoni maħżuna fil-memorja tal-kompjuter, u li tgħaddi dik l-informazzjoni 'l barra mill-vettura;

(8) 

“strateġija ta’ tbagħbis” tfisser strateġija għall-kontroll tal-emissjonijiet li tnaqqas l-effikaċja tal-kontrolli tal-emissjonijiet f’kundizzjonijiet operattivi ambjentali jew tal-magna li jkun hemm jew waqt it-tħaddim normali tal-vettura jew barra l-proċeduri tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip;

(9) 

“tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tali tagħmir kopert bl-approvazzjoni tat-tip mogħtija lill-vettura kkonċernata;

(10) 

“tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tali tagħmir maħsub biex jissostitwixxu tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis u li jista’ jiġi approvat bħala unità teknika separata, kif ġiet definita fil-punt 25 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE;

▼M3 —————

▼B

(12) 

“manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli għall-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip jew għall-proċess ta’ awtorizzazzjoni biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Mhux essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu involuti direttament fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata li hi s-suġġett tal-proċess ta’ approvazzjoni;

▼M3 —————

▼B

(14) 

“vettura li tuża fjuwil alternattiv” tfisser vettura ddisinjata biex tkun kapaċi taħdem b’mill-inqas tip wieħed ta’ fjuwil li jkun jew gassuż f’temperatura u fi pressjoni atmosferika, jew sustanzjalment derivat minn żejt mhux minerali;

(15) 

“massa ta’ referenza” tfisser il-massa tal-vettura li taħdem sew mingħajr il-massa uniformi tas-sewwieq ta’ 75 kg u miżjuda b’massa uniformi ta’ 100 kg;

(16) 

“tbagħbis” tfisser inattivazzjoni, aġġustament jew modifika tas-sistema tal-vettura tal-kontroll tal-emissjonijiet jew tal-propulsjoni, inkluż kull softwer jew elementi oħra ta’ kontroll loġiku ta’ dawk is-sistemi, li jkollu l-effett, kemm jekk maħsub kif ukoll jekk le, li tmur għall-agħar r-rendiment tal-vettura fir-rigward tal-emissjonijiet.

Il-Kummissjoni tista’ tadatta din id-definizzjoni fil-punt 7 tal-ewwel subparagrafu sabiex tirrifletti l-progress tekniku f’sistemi OBD. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0595
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.