|
+Artikolu 8 L-iskeda għall-applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi u tal-magni ---+Article 8 1. ---+Article 8 2. ---+Article 8 3. |
Artikolu 8 L-iskeda għall-applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi u tal-magniArtikolu 8 L-iskeda għall-applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi u tal-magni 1. B’effett mill-31 ta’ Diċembru 2012, stabbilita fl-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 16, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward tipi ġodda ta’ vetturi jew magni li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu. Iċ-ċertifikati tekniċi tal-approvazzjoni tat-tip li jikkorrispondu għall-istadji ta’ emissjoni preċedenti għall-Euro VI jistgħu jingħataw lil vetturi u lil magni maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, sakemm tali ċertifikati jiddikjaraw b’mod ċar li l-vetturi u l-magni meqjusa ma jistgħux jitqiegħdu fuq is-suq Komunitarju. 2. B’effett mill-31 ta’ Diċembru 2013, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala li m’għadhomx aktar validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi. B’effett mill-istess data u ħlief fil-każ ta’ magni sostituti għal vetturi li qed jintużaw, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprojbixxu l-bejgħ jew l-użu ta’ magni ġodda li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivitiegħu. 3. Bla ħsara għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u bil-kundizzjoni tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi li jissemmew fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(4) u fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 6(2), jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet tal-vetturi, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta’ vettura jew ta’ magna, jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew l-użu ta’ vettura ġdida u l-bejgħ u l-użu ta’ magni ġodda, fejn il-vettura kkonċernata jew il-magni kkonċernati jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|