|
+Artikolu 11 Il-penali ---+Article 11 1. ---+Article 11 2. |
Artikolu 11 Il-penaliArtikolu 11 Il-penali 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sas-7 ta’ Frar 2011 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti magħmula li taffettwahom. 2. It-tipi ta’ ksur mill-manifatturi li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludu:
(a)
dikjarazzjonijiet foloz waqt il-proċeduri ta’ approvazzjoni jew waqt il-proċeduri li jwasslu għal irtirar;
(b)
il-falsifikazzjoni ta’ riżultati ta’ testijiet għall-approvazzjoni tat-tip jew għal konformità waqt l-użu;
(c)
iż-żamma ta’ data jew ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għal revoka jew irtirar tal-approvazzjoni tat-tip;
(d)
l-użu ta’ strateġiji ta’ tbagħbis. ▼M3 ————— It-tipi ta’ ksur mill-manifatturi, mis-sewwejja u mill-operaturi ta’ vetturi li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludi t-tbagħbis ta’ sistemi li jikkontrollaw l-emissjonijiet ta’ NOx. Dan għandu jinkludi, pereżempju, it-tbagħbis ta’ sistemi li jużaw reaġent konsumabbli. It-tipi ta’ ksur kommess mill-operaturi ta’ vetturi li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludu s-sewqan ta’ vettura mingħajr reaġent konsumabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|