|
+Artikolu 26 Kumitati ---+Article 26 1. ---+Article 26 2. |
Artikolu 26 KumitatiArtikolu 26 Kumitati 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitati li ġejjin: (a) għall-proġetti ta’ infrastruttura tal-gass u tal-elettriku, il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija ( 1 ); (b) għall-proġetti tal-enerġija ġġenerata mir-riħ ‘il barra mix-xtajta, il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad- 19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku Kooperazzjoni li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) ( 2 ); (c) għall-proġetti dwar il-qbid u l-ħżin tal-karbonju, il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2006/971/KE. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|