Artikolu 27
Evalwazzjoni
▼M2 —————
▼M1
1a. Sat-30 ta' Ġunju 2013 il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni ta' nofs it-terminu dwar il-miżuri meħuda skont il-Kapitolu IIa b’attenzjoni partikolari għal:
(a) il-kosteffikaċja, l-effett ta' lieva u ta' addizzjonalità murija mill-faċilità;
(b) evidenza ta' ġestjoni finanzjarja soda;
(c) sa liema punt il-faċilità tkun laħqet il-miri stipulati f’dan ir-Regolament;
(d) sa liema punt ikun jeħtieġ li jissokta l-appoġġ taħt il-faċilità għal proġetti relatati mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u mal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.
Ir-rapport ta' valutazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, u b’mod partikolari jekk il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda skont il-Kapitolu IIa tkun pożittiva, minn proposta leġislattiva għall-issuktar tal-faċilità.
▼B
2. Il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru benefiċjarju biex jipprovdi evalwazzjoni speċifika tal-proġetti ffinanzjati taħt it-Taqsima I tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament jew, fejn xieraq, li jagħtiha l-informazzjoni u l-assistenza meħtieġa biex twettaq evalwazzjoni ta’ dawn il-proġetti.
▼M2 —————
▼B