|
+Artikolu 11 Obbligi tat-trasportaturi ---+Article 11 1. ---+Article 11 2. ---+Article 11 3. |
Artikolu 11 Obbligi tat-trasportaturiArtikolu 11 Obbligi tat-trasportaturi (1) Ħlief fil-każ ta’ force majeure, l-operatur ta’ servizz regolari għandu, sakemm tiskadi l-awtorizzazzjoni, jieħu l-miżuri kollha biex jiggarantixxi servizz ta’ trasport li jissodisfa l-istandards ta’ kontinwità, regolarità u kapaċità u jikkonforma ma’ kondizzjonijiet oħrajn stabbiliti mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 6(3). (2) It-trasportatur għandu juri r-rotta tas-servizz, il-bus stops, l-orarju, it-tariffi u l-kondizzjonijiet tat-trasport b’mod li jiġi żgurat li din l-informazzjoni tkun disponibbli malajr għall-utenti kollha. (3) Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri kkonċernati, permezz ta’ ftehim komuni u bi ftehim mid-detentur tal-awtorizzazzjoni, li jsiru tibdiliet għall-kondizzjonijiet tal-operazzjoni li jirregolaw servizz regolari. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|