+KAPITOLU III SERVIZZI REGOLARI SOĠĠETTI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI
---+Artikolu 6 In-natura tal-awtorizzazzjoni
------+Article 6 1.
------+Article 6 2.
------+Article 6 3.
------+Article 6 4.
------+Article 6 5.
------+Article 6 6.
---+Artikolu 7 Is-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni
------+Article 7 1.
------+Article 7 2.
------+Article 7 3.
---+Artikolu 8 Proċedura ta’ awtorizzazzjoni
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
------+Article 8 3.
------+Article 8 4.
------+Article 8 5.
------+Article 8 6.
------+Article 8 7.
------+Article 8 8.
------+Article 8 9.
---+Artikolu 9 It-tiġdid u l-modifika tal-awtorizzazzjoni
---+Artikolu 10 Skadenza ta’ awtorizzazzjoni
------+Article 10 1.
------+Article 10 2.
------+Article 10 3.
------+Article 10 4.
---+Artikolu 11 Obbligi tat-trasportaturi
------+Article 11 1.
------+Article 11 2.
------+Article 11 3.

KAPITOLU III SERVIZZI REGOLARI SOĠĠETTI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI

KAPITOLU III SERVIZZI REGOLARI SOĠĠETTI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 In-natura tal-awtorizzazzjoni

Artikolu 6

In-natura tal-awtorizzazzjoni

(1)  Awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu f’isem it-trasportatur um’għandhomx ikunu trasferibbli. Madanakollu, trasportatur li jkun irċieva awtorizzazzjoni jista', bil-kunsens tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun jinsab il-punt tat-tluq, minn issa msejjħa “l-awtorità awtorizzanti”, jopera s-servizz permezz ta’ subkuntrattur. F’dan il-każ, l-isem tas-subkuntrattur u l-irwol tagħha għandhom jiġu ndikati fl-awtorizzazzjoni. Is-subkuntrattur għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1). Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-punt tat-tluq għandu jfisser “wieħed mit-terminus tas-servizz”.

Fil-każ ta’ impriżi assoċjati bl-iskop li jiġi operat servizz regolari, l-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ f’isem l-impriżi kollha u għandha ssemmi l-ismijiet tal-operaturi kollha. Din għandha tingħata lill-impriża li timmaniġġa l-operazzjoni u kopji għandhom jingħataw lill-impriżi l-oħra.

(2)  Il-perijodu tal-validità ta’ awtorizzazzjoni ma għandux jiskorri l-ħames snin. Dan jista’ jiġi stabbilit jew fuq talba tal-applikant jew permezz ta’ kunsens reċiproku tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-passiġġieri jinġabru jew jitniżżlu.

(3)  L-awtorizzazzjonijiet għandhom jispeċifikaw dan li ġej:

(a) it-tip ta’ servizz;

(b) ir-rotta tas-servizz, fejn jingħata b’mod partikolari il-punt ta’ tluq u l-punt tal-wasla;

(c) il-perijodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni;

(d) il-waqfiet u l-iskeda tal-ħinijiet.

(4)  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tal-awtorizzazzjonijiet. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 26(2).

(5)  L-awtorizzazzjonijiet għandhom jintitolaw lid-detentur(i) biex joperaw servizzi regolari fit-territorji tal-Istati Membri kollha li minnhom jgħaddu r-rotot tas-servizz.

(6)  L-operatur ta’ servizz regolari jista’ juża vetturi addizzjonali biex ilaħħaq ma’ sitwazzjonijiet temporanji u eċċezzjonali. Tali il-vetturi addizzjonali jistgħu jintużaw biss bl-istess kundizzjonijiet kif stabbilit fl-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

F’dan il-każ, it-trasportatur għandu jiżgura li d-dokumenti li ġejjin ikunu fil-vettura:

(a) kopja tal-awtorizzazzjoni tas-servizz regolari;

(b) kopja tal-kuntratt bejn l-operatur tas-servizz regolari u l-impriża li tkun tipprovdi l-vetturi addizzjonali jew dokument ekwivalenti;

(c) kopja ċertifikata awtentika tal-liċenzja Komunitarja maħruġa lill-operatur li jipprovdi l-vetturi addizzjonali għas-servizz.

Artikolu 7 Is-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni

Artikolu 7

Is-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni

(1)  L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-servizzi regolari għandhom jiġu mressqa lill-awtorità awtorizzanti.

(2)  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tal-applikazzjonijiet. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 26(2).

(3)  Il-persuni li japplikaw għall-awtorizzazzjoni għandhom jipprovdu kull informazzjoni oħra li jikkunsidraw li tista’ tkun relevanti jew li tkun ġiet mitluba mill-awtorità awtorizzanti, b’mod partikolari skeda tas-sewqan biex tagħmilha possibli li tiġi monitorjata l-konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-sewqan u l-perijodi tal-mistrieħ u kopja tal-liċenzja Komunitarja.

Artikolu 8 Proċedura ta’ awtorizzazzjoni

Artikolu 8

Proċedura ta’ awtorizzazzjoni

(1)  L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu bi ftehim mal-awtoritajiet tal-Istati Membri kolllha li fit-territorju tagħhom jitrikkbu jew jitniżżlu l-passiġġieri. L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat lil dawn l-awtoritajiet, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li t-territorji tagħhom jiġu traversati mingħajr ma l-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu, kopja tal-applikazzjoni, flimkien ma’ kopji ta’ xi dokumenti relevanti oħra, u l-valutazzjoni tagħha.

(2)  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li l-qbil tagħhom ikun ġie mitlub, għandhom jgħarrfu lill-awtorità awtorizzanti dwar id-deċiżjoni tagħhom rigward l-applikazzjoni fi żmien xahrejn. Dan iż-żmien stipulat għandu jiġi kkalkulat mid-data tal-wasla tat-talba għal ftehim kif tkun tidher fl-ittra li tirrikonoxxi li waslet. Jekk id-deċiżjoni riċevuta mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkun intalab il-ftehim tiegħu tkun negattiva, hi għandha tinkludi dikjarazzjoni bir-raġunijiet kif xieraq. Jekk l-awtorità awtorizzanti ma tirċievi ebda tweġiba fi żmien xahrejn l-awtoritajiet ikkonsultati għandhom jitqiesu li jkun taw il-kunsens tagħhom u l-awtorità awtorizzanti tista’ toħroġ l-awtorizzazzjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri li t-territorji tagħhom jiġu traversati mingħajr ma jitrikkbu jew jitniżżlu passiġġieri jistgħu jinnotifikaw lill-awtorità awtorizzanti bil-kummenti tagħhom fi żmien l-iskadenza stabbiliti fl-ewwel sottoparagrafu.

(3)  L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien erba’ xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni mit-trasportatur.

(4)  L-awtorizzazzjoni għandha tingħata minbarra jekk:

(a) l-applikant ikun inkapaċi li jipprovdi s-servizz li jkun is-suġġett tal-applikazzjoni b’tagħmir li jkollu direttament għad-dispożizzjoni tiegħu;

(b) l-applikant ma jkunx ikkonforma mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u internazzjonali dwar it-trasport bit-triq u b’mod partikolari għall-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mal-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi bit-triq internazzjonali tal-passiġġieri, jew ikun ikkometta ksur serju tal-liġi Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli applikabbli għal vetturi kif ukoll għal sewqan u perijodi ta’ mistrieħ tax-xufiera;

(c) fil-każ ta’ applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni, il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ma jkunux ġew osservati;

(d) Stat Membru jiddeċiedi fuq il-bażi ta’ analiżi dettaljata li s-servizz ikkonċernat se jaffettwa serjament il-vijabilità tas-servizz komparabbli kopert minn kuntratt ta’ servizz pubbliku wieħed jew aktar li jikkonforma mal-liġi Komunitarja fuq is-sezzjonijiet diretti kkonċernati. F’dan il-każ, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi kriterji, fuq bażi non-diskriminatorja, biex ikun determinat jekk is-servizz li kien hemm applikazzjoni għalih jaffettwax b’mod serju l-vijabilità tas-servizz paragonabbli imsemmi hawn fuq u għandu jikkomunikahom lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha;

(e) Stat Membru jiddeċiedi fuq bażi ta’ analiżi dettaljata li l-iskop prinċipali ta’ servizz mhuwiex dak li jinġarru passiġġieri bejn waqfiet lokalizzati fi Stati Membri differenit.

Fil-każ li s-servizz internazzjonali eżistenti tal-kowċ u tax-xarabank ikun qiegħed serjament jaffettwa l-vijabilità ta’ servizz komparabbli kopert minn kuntratt ta’ servizz pubbliku wieħed jew aktar li jikkonforma mal-liġi Komunitarja fuq is-sezzjonijiet diretti konċernati minħabba raġunijiet eċċezzjonali li ma setgħux ikunu mbassra meta ngħatat l-awtorizzazzjoni, l-Istat Membru jista’, bi qbil mal-Kummissjoni, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni biex jitħaddem is-servizz internazzjonali tal-kowċ u/jew tax-xarabank wara li jingħata sitt xhur żmien lit-trasportatur.

Il-fatt li trasportatur joffri prezzijiet orħos minn dawk offruti minn trasportaturi bit-triq oħra jew il-fatt li r-rotta f’dak il-każ tkun diġà mħaddma minn trasportaturi bit-triq oħra ma għandux minnu nnifisu jikkostitwixxi ġustifikazzjoni biex tiġi miċħuda l-applikazzjoni.

(5)  L-awtorità awtorizzanti u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha involuti fil-proċedura biex jintlaħaq il-qbil provdut fil-paragrafu 1 jistgħu jiċħdu l-appikazzjonijiet biss fuq il-bażi tar-raġunijiet previsti f’dan ir-Regolament.

(6)  Wara li tkun temmet il-proċedura stabbilità f’dawn il-paragrafi 1 sa 5, l-awtorità awtorizzanti għandha tagħti l-awtorizzazzjoni jew ir-rifjut formali tal-applikazzjoni.

Id-deċiżjonijiet tar-rifjut tal-applikazzjoni għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati dawk id-deċiżjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriżi tat-trasport jingħataw l-opportunità li jagħmlu rappreżentazzjonijiet fl-eventwalità li l-applikazzjoni tagħhom tiġi rifjutata.

L-awtorità awtorizzanti għandha tinforma lill-awtoritaitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 dwar id-deċiżjoni tagħha, filwaqt li tibgħatilhom kopja ta’ xi awtorizzazzjoni.

(7)  Jekk il-proċedura biex jintlaħaq il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 ma tagħmilhiex possibli li l-awtorità awtorizzanti tiddeċiedi dwar applikazzjoni, il-kwistjoni tista’ tiġi riferuta lill-Kummissjoni fiż-żmien stipulat ta’ xahrejn ikkalkulati mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni negattiva minn Stat Membru wieħed jew aktar ikkonsultati skont il-paragrafu 1.

(8)  Wara li tkun ikkonsultat lill-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni għandha, fi żmien erba’ xhur minn meta tirċievi l-komunikazzjoni mill-awtorità awtorizzanti, tieħu deċiżjoni li tidħol fis-seħħ tletin jum wara n-notifika lill-Istat Membru kkonċernat.

(9)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tibqa’ fis-seħħ sakemm jintlaħaq qbil bejn l-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 9 It-tiġdid u l-modifika tal-awtorizzazzjoni

Artikolu 9

It-tiġdid u l-modifika tal-awtorizzazzjoni

L-Artikolu 8 għandu japplika, mutatis mutandis, għal applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet jew għall-alterazzjoni tal-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jitwettqu s-servizzi soġġetti għal awtorizzazzjoni.

Fil-każ ta’ alterazzjoni minuri għall-kondizzjonijiet tal-operazzjoni, b’mod partikolari aġġustament ta’ intervalli, tariffi u orarji, l-awtorità li tagħti awtorizzazzjoni teħtieġ biss li tagħti lill-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati informazzjoni marbuta mal-alterazzjoni.

L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiftiehmu li l-awtorità awtorizzanti weħidha tiddeċiedi dwar l-alterazzjonijiet għall-kondizzjonijiet li taħthom huwa rregolat servizz.

Artikolu 10 Skadenza ta’ awtorizzazzjoni

Artikolu 10

Skadenza ta’ awtorizzazzjoni

(1)  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq ( 4 ), awtorizzazzjoni għal servizz regolari għandha tiskadi fl-aħħar tal-perijodu ta’ validità tagħha jew tlett xhur wara li l-awtorità awtorizzanti tirċievi mid-detentur tagħha notifika tal-intenzjoni tiegħu li jirtira s-servizz. Din in-notifika għandu jkollha dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet.

(2)  Meta d-domanda għal servizz ma tibqax teżisti, il-perijodu ta’ notifika previst fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ xahar.

(3)  L-awtorità li tagħti awtorizzazzjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati li l-awtorizzazzjoni tkun skadiet.

(4)  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lil utenti tas-servizz ikkonċernati bl-irtirar tiegħu xahar qabel permezz ta’ pubbliċità xierqa.

Artikolu 11 Obbligi tat-trasportaturi

Artikolu 11

Obbligi tat-trasportaturi

(1)  Ħlief fil-każ ta’ force majeure, l-operatur ta’ servizz regolari għandu, sakemm tiskadi l-awtorizzazzjoni, jieħu l-miżuri kollha biex jiggarantixxi servizz ta’ trasport li jissodisfa l-istandards ta’ kontinwità, regolarità u kapaċità u jikkonforma ma’ kondizzjonijiet oħrajn stabbiliti mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 6(3).

(2)  It-trasportatur għandu juri r-rotta tas-servizz, il-bus stops, l-orarju, it-tariffi u l-kondizzjonijiet tat-trasport b’mod li jiġi żgurat li din l-informazzjoni tkun disponibbli malajr għall-utenti kollha.

(3)  Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri kkonċernati, permezz ta’ ftehim komuni u bi ftehim mid-detentur tal-awtorizzazzjoni, li jsiru tibdiliet għall-kondizzjonijiet tal-operazzjoni li jirregolaw servizz regolari.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.07.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1073
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.