|
+Artikolu 17 Dokumenti ta’ kontroll għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ ---+Article 17 1. ---+Article 17 2. ---+Article 17 3. ---+Article 17 4. ---+Article 17 5. |
Artikolu 17 Dokumenti ta’ kontroll għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġArtikolu 17 Dokumenti ta’ kontroll għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ (1) L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fil-forma ta’ servizzi okkażjonali għandhom jitwettqu taħt ilkopertura ta’ formola tal-vjaġġ kif imsemmi fl-Artikolu 12 li għandha tinżamm fil-vettura u tiġi ppreżentata fuq talba ta’ kwalunkwe uffiċjal awtorizzat li jispezzjona. (2) L-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal fil-formola tal-vjaġġ: (a) il-punti tat-tluq u l-wasla tas-servizz; (b) id-data tat-tluq u d-data li fiha jintemm is-servizz. (3) Il-formoli tal-vjaġġ għandhom jiġu provduti f’kotba kif imsemmi fl-Artikolu 12 ċertifikati minn awtorità jew il-korp kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun hemm l-istabbiliment. (4) Fil-każ ta’ servizzi regolari speċjali, il-kuntratt konkluż bejn it-trasportatur u l-organizzatur tat-trasport, jew kull kopja ċertifikata awtentika tiegħu, għandha sservi bħala dokument ta’ kontroll. Madankollu, formola tal-vjaġġ għandha timtela bħala dikjarazzjoni ta’ kull xahar. (5) Il-formoli tal-vjaġġ użati għandhom jiġu ritornati lill-awtorità jew lill-korp kompetenti fl-Istat Membru tal-istabbiliment b’ mod konformi ma’ proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti minn dik l-awtorità jew korp. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|