+KAPITOLU VII IMPLIMENTAZZJONI
---+Artikolu 25 Ftehimiet bejn Stati Membri
------+Article 25 1.
------+Article 25 2.
---+Artikolu 26 Il-proċedura tal-Kumitat
------+Article 26 1.
------+Article 26 2.
---+Artikolu 27 Pieni
---+Artikolu 28 Ir-rappurtar
------+Article 28 1.
------+Article 28 2.
------+Article 28 3.
------+Article 28 4.
---+Artikolu 29 Emenda għar-Reglament (KE) Nru 561/2006

KAPITOLU VII IMPLIMENTAZZJONI

KAPITOLU VII IMPLIMENTAZZJONI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 Ftehimiet bejn Stati Membri

Artikolu 25

Ftehimiet bejn Stati Membri

(1)  L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali u multilaterali dwar aktar liberalizzazzjoni tas-servizzi koperti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tas-sistema ta’ awtorizzazzjoni u s-simplifikazzjoni jew abolizzjoni ta’ dokumenti ta’ kontroll, b’mod partikolari fir-reġjuni tal-fruntieri.

(2)  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull ftehim konkluż skont il-paragrafu 1.

Artikolu 26 Il-proċedura tal-Kumitat

Artikolu 26

Il-proċedura tal-Kumitat

(1)  Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejjuna mill-kumitat stabbilit fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq ( 5 ).

(2)  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 27 Pieni

Artikolu 27

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, u jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jassiguraw li jiġu implimentati. Il-pieni hekk ipprovduti ser ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-4 ta’ Diċembru 2011 u jinnotifikaw mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri kollha jiġu meħuda mingħajr diskriminazzjoni għaċ-ċittadinanza jew għall-post ta’ stabbiliment tat-trasportatur.

Artikolu 28 Ir-rappurtar

Artikolu 28

Ir-rappurtar

(1)  Kull sentejn l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari maħruġa s-sena ta’ qabel u l-għadd totali ta’ awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari validi fit-tmiem ta’ dak il-perijodu tar-rappurtaġġ. Din l-informazzjoni għandha tingħata separatament għal kull pajjiż destinatarju tas-servizz regolari. L-Istati Membri għandhom ukoll jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-data dwar l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, fil-forma ta’ servizz regolari speċjali u servizzi okkażjonali, imwettqa tul il-perijodu ta’ rrappurtaġġ minn trasportaturi residenti.

(2)  Kull sentejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ospitanti għandhom jibagħtu lill-Kumissjoni l-istatistiċi dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa għal operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fil-forma ta’ servizzi regolari msemmija fl-Artikolu 15(c).

(3)  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tat-tabella li ser tintuża għat-trażmissjoni tal-istatistika msemmija fil-paragrafu 2. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 26(2).

(4)  L-Istat Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena dwar l-għadd ta’ trasportaturi li jkollhom liċenzja Komunitarja sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel u dwar l-għadd tal-kopji awtentikati li jkunu jikkorrispondu mal-għadd ta’ vetturi fiċ-ċirkolazzjoni f’dik id-data.

Artikolu 29 Emenda għar-Reglament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 29

Emenda għar-Reglament (KE) Nru 561/2006

Fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“6a.  B’ deroga mill-paragrafu 6, sewwieq li jkun qed iwettaq servizz wieħed okkażjonali ta’ trasport internazzjonali tal-passiġġieri, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank ( *1 ), jista’ jipposponi l-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa b’sa 12-il perjodu konsekuttiv ta’ 24 siegħa wara perjodu regolari preċedenti ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa, kemm-il darba:

(a) is-servizz idum għallinqas 24 siegħa konsekuttiva fi Stat Membru jew pajjiż terz li għalih ikun japplika dan ir-Regolament u li ma jkunx dak fejn ikun beda s-servizz;

(b) is-sewwieq jieħu, wara l-użu tad-deroga:

(i) jew żewġ perjodi ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa; jew

(ii) perjodu wieħed ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa u perjodu wieħed imnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ta’ mill-inqas 24 siegħa. Madankollu, it-tnaqqis għandu jkun ikkumpensat b’perjodu ta’ mistrieħ li jittieħed f’daqqa qabel tmiem it-tielet ġimgħa wara t-tmiem tal-perjodu ta’ deroga;

(c) wara l-1 ta’ Jannar 2014, il-vettura tkun mgħammra b’ apparat ta’ reġistrazzjoni skont ir-rekwiżiti tal-Anness IB għar-Regolament (KEE) Nru 3821/85; u

(d) wara l-1 Jannar 2014, jekk is-sewqan isir matul il-perjodu mill-22:00 sas-06:00, il-vettura ikollha ekwipaġġ ta’ aktar minn persuna waħda jew il-perjodu ta’ sewqan imsemmi fl-Artikolu 7 jitnaqqas għal tliet sigħat.

Il-Kummissjoni għandha timmoniterja mill-qrib l-użu li jsir minn din id-deroga biex tiżgura li l-preservazzjoni tas-sikurezza fit-toroq taħt kundizzjonijiet stretti ħafna, b’mod partikolari billi tiċċekkja li l-ħin ta’ sewqan totali akkumulat matul il-perjodu kopert mid-deroga ma jkunx eċċessiv. Sal-4 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport li jevalwa l-konsegwenzi tad-deroga fir-rigward tas-sikurezza fit-toroq kif ukoll l-aspetti soċjali. Jekk tqis li dan ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tipproponi emenda għal dan ir-Regolament f’dan ir-rigward.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.07.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1073
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.