|
+Artikolu 28 Ir-rappurtar ---+Article 28 1. ---+Article 28 2. ---+Article 28 3. ---+Article 28 4. |
Artikolu 28 Ir-rappurtarArtikolu 28 Ir-rappurtar (1) Kull sentejn l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari maħruġa s-sena ta’ qabel u l-għadd totali ta’ awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari validi fit-tmiem ta’ dak il-perijodu tar-rappurtaġġ. Din l-informazzjoni għandha tingħata separatament għal kull pajjiż destinatarju tas-servizz regolari. L-Istati Membri għandhom ukoll jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-data dwar l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, fil-forma ta’ servizz regolari speċjali u servizzi okkażjonali, imwettqa tul il-perijodu ta’ rrappurtaġġ minn trasportaturi residenti. (2) Kull sentejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ospitanti għandhom jibagħtu lill-Kumissjoni l-istatistiċi dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa għal operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fil-forma ta’ servizzi regolari msemmija fl-Artikolu 15(c). (3) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tat-tabella li ser tintuża għat-trażmissjoni tal-istatistika msemmija fil-paragrafu 2. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 26(2). (4) L-Istat Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena dwar l-għadd ta’ trasportaturi li jkollhom liċenzja Komunitarja sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel u dwar l-għadd tal-kopji awtentikati li jkunu jikkorrispondu mal-għadd ta’ vetturi fiċ-ċirkolazzjoni f’dik id-data. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|