Applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni minn organizzazzjonijiet barra l-Komunità, inkluża r-reġistrazzjoni korporattiva li jikkonsistu f’siti lokalizzati barra l-Komunità, għandhom isiru lil kwalunkwe Korp Kompetenti f’dawk l-Istati Membri li jipprovdu għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet minn barra l-Komunità skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1).
Dawk l-organizzazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-verifikatur ambjentali li jagħmel il-verifika u li jivvalida s-sitema ta’ ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jkun akkreditat u liċenzjat fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tapplika għar-reġistrazzjoni.