+Artikolu 4 Tħejjija għar-reġistrazzjoni
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
|
Artikolu 4 Tħejjija għar-reġistrazzjoni
Tħejjija għar-reġistrazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
L-organizzazzjonijiet li jkunu jixtiequ jirreġistraw għall-ewwel darba għandhom:
(a)
iwettqu reviżjoni ambjentali tal-aspetti ambjentali kollha tal-organizzazzjoni skont il-ħtiġijiet stabbiliti fl-Anness I u fil-punt A.3.1 tal-Anness II;
(b)
fid-dawl tar-riżultati tar-reviżjoni ambjentali, jiżviluppaw u jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni ambjentali li tkopri r-rekwiżiti kollha msemmija fl-Anness II, u, fejn din tkun disponibbli, billi jqisu l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali għas-settur rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 46(1)(a);
(c)
iwettqu verifika interna skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt A.5.5 tal-Anness II u l-Anness III;
(d)
jippreparaw diskjarazzjoni ambjentali skont l-Anness IV. Meta dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmija fl-Artikolu 46 ikunu disponibbli għas-settur speċifiku, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni għandha tieħu kont tad-dokument rilevanti.
|
|
Artikolu 4 2.
|
L-organizzazzjonijiet jistgħu jużaw l-assistenza msemmija fl-Artikolu 32 li tkun disponibbli fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tapplika għar-reġistrazzjoni.
|
|
Artikolu 4 3.
|
L-organizzazzjonijiet li jkollhom sistema ċċertifikata ta’ ġestjoni ambjentali, rikonoxxuta skont l-Artikolu 45(4), m’għandhomx ikunu obbligati jwettqu dawk il-partijiet li ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 4 4.
|
L-organizzazzjonijiet għandhom jipprovdu evidenza materjali jew dokumentarja li turi li mhemmm l-ebda evidenza ta’ ksur ta’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.
L-organizzazzjonijiet jistgħu jitolbu informazzjoni mill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti għall-infurzar, skont l-Artikolu 32 jew il-verifikatur ambjentali.
L-organizzazzjonijiet barra l-Komunità għandhom jirriferu wkoll għar-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent, li jkunu applikabbli għal organizzazzjonijiet simili fl-Istati Membri fejn ikunu bi ħsiebhom jippreżentaw l-applikazzjoni.
Meta dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmija fl-Artikolu 46 ikunu disponibbli għas-settur speċifiku, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni għandha tieħu kont tad-dokument rilevanti.
|
|
Artikolu 4 5.
|
Ir-reviżjoni ambjentali inizjali, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, il-proċedura ta’ verifika u l-implimentazzjoni tagħha għandhom jiġu vverifikati minn verifikatur ambjentali akkreditat u d-dikjarazzjoni ambjentali għandha tiġi ivvalidata minn dak il-verifikatur.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1221
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|