+Artikolu 6 Tiġdid tar-reġistrazzjoni fl-EMAS
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
|
Artikolu 6 Tiġdid tar-reġistrazzjoni fl-EMAS
Tiġdid tar-reġistrazzjoni fl-EMAS
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Organizzazzjoni reġistrata għandha, fuq bażi triennali mill-inqas:
(a)
twettaq verifika tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali sħiħa u l-programm ta’ verifika u l-implimentazzjoni tagħhom,
(b)
taġġorna d-dikjarazzjoni ambjentali skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV u tara li tkun ivvalidata minn verifikatur ambjentali,
(c)
tressaq id-dikjarazzjoni ambjentali vvalidata lill-Korp Kompetenti,
(d)
tressaq quddiem il-Korp Kompetenti, formola mimlija li tinkludi mill-inqas informazzjoni minima stipulata fl-Anness VI,
(e)
tħallas miżata għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni lill-Korp Kompetenti, jekk applikabbli.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, fis-snin li jintervjenu, organizzazzjoni rreġistrata għandha:
(a)
skont il-programm ta’ verifika, twettaq verifika interna tal-prestazzjoni ambjentali tagħha u tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent, skont l-Anness III,
(b)
tħejji dikjarazzjoni ambjentali aġġornata skont ir-rekwiżiti mniżżlin fl-Anness IV u tara li tkun ivvalidata minn verifikatur ambjentali,
(c)
tibgħat id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata vvalidata lill-Korp Kompetenti,
(d)
tibgħat lill-Korp Kompetenti, formola mimlija li tinkludi mill-inqas informazzjoni minima stipulata fl-Anness VI,
(e)
tħallas miżata għaż-żamma tar-reġistrazzjoni lill-Korp Kompetenti, jekk applikabbli.
|
|
Artikolu 6 3.
|
L-organizzazzjonijiet reġistrati għandhom jagħmlu d-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom u l-aġġornamenti tagħha aċċessibbli għall-pubbliku fi żmien xahar mir-reġistrazzjoni u għal xahar wara li jkun ikkompletat it-tiġdid tar-reġistrazzjoni.
L-organizzazzjonijiet reġistrati jistgħu jissodisfaw dak ir-rekwiżit billi jipprovdu aċċess għad-dikjarazzjoni ambjentali u d-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata meta dan jintalab, inkella billi joħolqu links fuq siti tal-Internet, li permezz tagħhom jista’ jinkiseb aċċess għal dawk id-dikjarazzjonijiet.
L-organizzazzjonijiet reġistrati għandhom jispeċifikaw il-mod li bih jipprovdu aċċess fil-formuli stabbiliti fl-Anness VI.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1221
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|