+Artikolu 10 Użu tal-logo tal-EMAS
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
|
Artikolu 10 Użu tal-logo tal-EMAS
Użu tal-logo tal-EMAS
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35(2), il-logo tal-EMAS stabbilit fl-Anness V jista’ jintuża biss mill-organizzazzjonijiet reġistrati u biss sakemm tkun valida r-reġistrazzjoni tagħhom.
Il-logo dejjem għandu jkollu n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Il-logo tal-EMAS għandu jintuża biss skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mniżżlin fl-Anness V.
|
|
Artikolu 10 3.
|
F’każ li organizzazzjoni tagħżel, skont l-Artikolu 3(2), li ma tinkludix is-siti kollha tagħha fir-reġistrazzjoni korporattiva, hija għandha tiżgura li fil-komunikazzjonijiet tagħha mal-pubbliku, u fl-użu tagħha tal-logo tal-EMAS ikun ċar liema siti jkunu koperti mir-reġistrazzjoni.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Il-logo tal-EMAS m’għandux jintuża:
(a)
fuq prodotti jew fuq l-imballaġġ tagħhom; jew
(b)
flimkien ma’ stqarrijiet komparattivi dwar attivitajiet u servizzi oħra, jew b’tali mod li jista’ jkun hemm konfużjoni ma’ tikketti ambjentali tal-prodott.
|
|
Artikolu 10 5.
|
Kwalunkwe informazzjoni ambjentali ppubblikata minn organizzazzjoni reġistrata jista’ jkollha fuqha l-logo tal-EMAS, kemm-il darba din l-informazzjoni tkun tirriferi għall-aħħar dikjarazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jew dikjarazzjoni ambjentali aġġornata, li minnha tkun ittieħdet u li tkun ġiet ivvalidata minn verifikatur ambjentali, bħala:
(b)
issostanzjata u verifikabbli;
(c)
rilevanti u użata f’kuntest jew arranġament xieraq;
(d)
rappreżentattiva tal-prestazzjoni ambjentali globali tal-organizzazzjoni;
(e)
mhux probabbli li tirriżulta f’misinterpretazzjoni; u
(f)
sinifikattiva f’relazzjoni mal-impatt ambjentali globali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1221
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|