+Artikolu 13 Reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
|
Artikolu 13 Reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet
Reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Il-Korpi Kompetenti għandhom jikkunsidraw applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet skont il-proċeduri stabbiliti għal dan l-għan.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Meta organizzazzjoni tapplika għal reġistrazzjoni, il-Korp Kompetenti għandu jirreġistra dik l-organizzazzjoni u jagħtiha numru ta’ reġistrazzjoni, jekk ikunu sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet kollha:
(a)
il-Korp Kompetenti jkun irċieva applikazzjoni għal reġistrazzjoni, li tinkludi d-dokumenti kollha msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 5(2);
(b)
il-Korp Kompetenti jkun ikkontrolla li l-verifika u l-validazzjoni jkunu saru skont l-Artikoli 25, 26 u 27;
(c)
il-Korp Kompetenti jkun issodisfa abbażi ta’ evidenza materjali rċevuta, pereżempju permezz ta’ rapport bil-miktub mill-awtorità kompetenti tal-infurzar, li ma jkunx hemm evidenza ta’ ksur ta’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent;
(d)
ma jkunx hemm ilmenti relevanti minn partijiet interessati jew li l-ilmenti jkunu ġew solvuti b’mod sodisfaċenti;
(e)
il-Korp Kompetenti jkun sodisfatt abbażi ta’ evidenza rċevuta li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament; u
(f)
il-Korp Kompetenti jkun irċieva miżata ta’ reġistrazzjoni, jekk applikabbli.
|
|
Artikolu 13 3.
|
Il-Korp Kompetenti għandu jinforma lill-organizzazzjoni li huwa jkun ġie rreġistrat u jipprovdi lill-organizzazzjoni n-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu u l-logo tal-EMAS.
|
|
Artikolu 13 4.
|
Jekk Korp Kompetenti jikkonkludi li organizzazzjoni applikanta ma tikkonformax mar-rekwiżiti mniżżlin fil-paragrafu 2, huwa għandu jiċħad li jirreġistra dik l-organizzazzjoni u jikkomunika ġustifikazzjoni motivata lill-organizzazzjoni.
|
|
Artikolu 13 5.
|
Jekk Korp Kompetenti jirċievi rapport ta’ sorveljanza bil-miktub minn Korp ta’ Akkreditazzjoni jew li joħroġ il-liċenzji, li jagħti evidenza li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma jkunux twettqu b’mod adegwat biżżejjed sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu sodisfatti mill-organizzazzjoni rreġistrata mal-EMAS, huwa għandu jiċħad li jirreġistra dik l-organizzazzjoni. Il-Korp Kompetenti għandu jistieden lill-organizzazzjoni biex tissottometti applikazzjoni ġdida għal reġistrazzjoni.
|
|
Artikolu 13 6.
|
Sabiex il-Korp Kompetenti jikseb l-evidenza meħtieġa sabiex jieħu deċiżjoni dwar iċ-ċħid tar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet, huwa għandu jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, inkluża l-organizzazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1221
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|