|
+Artikolu 13 2. |
Artikolu 13 2.Meta organizzazzjoni tapplika għal reġistrazzjoni, il-Korp Kompetenti għandu jirreġistra dik l-organizzazzjoni u jagħtiha numru ta’ reġistrazzjoni, jekk ikunu sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet kollha:
(a)
il-Korp Kompetenti jkun irċieva applikazzjoni għal reġistrazzjoni, li tinkludi d-dokumenti kollha msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 5(2);
(b)
il-Korp Kompetenti jkun ikkontrolla li l-verifika u l-validazzjoni jkunu saru skont l-Artikoli 25, 26 u 27;
(c)
il-Korp Kompetenti jkun issodisfa abbażi ta’ evidenza materjali rċevuta, pereżempju permezz ta’ rapport bil-miktub mill-awtorità kompetenti tal-infurzar, li ma jkunx hemm evidenza ta’ ksur ta’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent;
(d)
ma jkunx hemm ilmenti relevanti minn partijiet interessati jew li l-ilmenti jkunu ġew solvuti b’mod sodisfaċenti;
(e)
il-Korp Kompetenti jkun sodisfatt abbażi ta’ evidenza rċevuta li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament; u
(f)
il-Korp Kompetenti jkun irċieva miżata ta’ reġistrazzjoni, jekk applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|