+Artikolu 15 Sospensjoni jew tneħħija ta’ organizzazzjonijiet mir-reġistru
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.
---+Artikolu 15 7.
---+Artikolu 15 8.
---+Artikolu 15 9.
---+Artikolu 15 10.
|
Artikolu 15 Sospensjoni jew tneħħija ta’ organizzazzjonijiet mir-reġistru
Sospensjoni jew tneħħija ta’ organizzazzjonijiet mir-reġistru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Fejn Korp Kompetenti jemmen li organizzazzjoni reġistrata ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jagħti lill-organizzazzjoni l-opportunità li tressaq il-fehmiet tagħha f’dan ir-rigward. Jekk l-organizzazzjoni tonqos milli tipprovdi risposta sodisfaċenti, għandha titneħħa jew tiġi sospiża mir-reġistru.
|
|
Artikolu 15 2.
|
Fejn Korp Kompetenti jirċievi rapport ta’ sorveljanza bil-miktub minn Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Korp li joħroġ il-liċenzji, li jagħti evidenza li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma jkunux twettqu b’mod adegwat biżżejjed sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu sodisfatti mill-organizzazzjoni rreġistrata, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi sospiża.
|
|
Artikolu 15 3.
|
Organizzazzjoni reġistrata għandha tiġi sospiża jew imħassra mir-reġistru, kif xieraq, jekk tonqos milli tippreżenta lill-Korp Kompetenti kwalunkwe minn dawn li ġejjin, fi żmien xahrejn minn meta tintalab tagħmel dan:
(a)
id-dikjarazzjoni vvalidata, dikjarazzjoni ambjentali aġġornata jew id-dikjarazzjoni ffirmata msemmija fl-Artikolu 25(9);
(b)
formola, li tinkludi mill-inqas l-informazzjoni minima stipulata fl-Anness VI mill-organizzazzjoni, jekk applikabbli.
|
|
Artikolu 15 4.
|
Jekk Korp Kompetenti jiġi informat permezz ta’ rapport bil-miktub mill-awtorità kompetenti tal-infurzar bi ksur mill-organizzazzjoni ta’ kwalunkwe rekwiżit ġuridiku applikabbli relatat mal-ambjent, huwa għandu jissospendi jew iħassar ir-referenza għal dik l-organizzazzjoni mir-reġistru kif xieraq.
|
|
Artikolu 15 5.
|
Fil-każ li Korp Kompetenti jiddeċiedi li jissospendi jew iħassar reġistrazzjoni, huwa għandu jqis mill-inqas dan li ġej:
(a)
l-effett ambjentali tan-nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
(b)
il-prevedibbiltà tan-nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew iċ-ċirkostanzi li jwasslu għalih;
(c)
każijiet preċedenti ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament mill-organizzazzjoni; u
(d)
iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-organizzazzjoni.
|
|
Artikolu 15 6.
|
Sabiex jingħata l-evidenza meħtieġa għat-teħid tad-deċiżjoni tiegħu dwar is-sospensjoni jew it-tħassir ta’ organizzazzjonijiet mir-reġistru, il-Korp Kompetenti għandu jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, inkluża l-organizzazzjoni.
|
|
Artikolu 15 7.
|
Jekk il-Korp Kompetenti jkun irċieva evidenza, f’forma oħra għajr permezz ta’ rapport ta’ sorveljanza bil-miktub tal-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Korp li joħroġ il-liċenzji, li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma twettqux tajjeb biżżejjed biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu mill-organizzazzjoni, huwa għandu jikkonsulta lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Korp li joħroġ il-liċenzji li jkun qed jissorvelja lill-verifikatur ambjentali.
|
|
Artikolu 15 8.
|
Il-Korp Kompetenti għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu għal kwalunkwe miżura li tittieħed.
|
|
Artikolu 15 9.
|
Il-Korp Kompetenti għandu jagħti informazzjoni xierqa lill-organizzazzjoni dwar il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati.
|
|
Artikolu 15 10.
|
Is-sospensjoni ta’ organizzazzjoni mir-reġistru għandha titreġġa’ lura jekk il-Korp Kompetenti jkun irċieva informazzjoni sodisfaċenti li l-organizzazzjoni hija f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1221
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|