+Artikolu 18 Kompiti tal-Verifikaturi ambjentali
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.
---+Artikolu 18 7.
|
Artikolu 18 Kompiti tal-Verifikaturi ambjentali
Kompiti tal-Verifikaturi ambjentali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
Il-verifikaturi ambjentali għandhom jivvalutaw jekk ir-reviżjoni ambjentali, il-politika ambjentali, is-sistema ta’ ġestjoni u l-proċeduri ta’ verifika tal-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 18 2.
|
Il-verifikaturi ambjentali għandhom jivverifikaw dan li ġej:
(a)
il-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-reviżjoni ambjentali inizjali, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, il-verifika ambjentali u r-riżultati tagħha u d-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha;
(b)
il-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti ġuridiċi Komunitarji, nazzjonali, reġjonali u lokali applikabbli relatati mal-ambjent;
(c)
it-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni; u
(d)
l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-korrettezza tad-data u l-informazzjoni fid-dokumenti li ġejjin:
(i)
id-dikjarazzjoni ambjentali;
(ii)
id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata;
(iii)
kwalunkwe informazzjoni ambjentali li għandha tiġi vvalidata.
|
|
Artikolu 18 3.
|
Il-verifikaturi ambjentali għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw il-validità teknika tar-reviżjoni ambjentali inizjali jew il-verifika jew proċeduri oħra mwettqa mill-organizzazzjoni, mingħajr ma jiddupplikaw bla ħtieġa dawk il-proċeduri.
|
|
Artikolu 18 4.
|
Il-verifikaturi ambjentali għandhom jivverifikaw jekk ir-riżultati tal-verifika interna humiex affidabbli. Fejn ikun xieraq, huma għandhom jużaw kontrolli fuq il-post għal dak l-għan.
|
|
Artikolu 18 5.
|
Fil-ħin tal-verifika għat-tħejjija tar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jivverifika li mill-inqas ikunu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin minn dik l-organizzazzjoni:
(a)
tkun fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni ambjentali kompletament operattiva skont l-Anness II;
(b)
ikun fis-seħħ u jkun inbeda programm ta’ verifika kompletament ippjanat skont l-Anness III sabiex mill-inqas ikunu ġew koperti l-aktar impatti ambjentali sinifikattivi;
(c)
tkun tlestiet ir-reviżjoni tal-ġestjoni msemmija fil-Parti A tal-Anness II; u
(d)
tkun tħejjiet dikjarazzjoni ambjentali skont l-Anness IV u jkunu tqiesu d-dokumenti ta’ referenza settorjali, fejn dawn ikunu disponibbli.
|
|
Artikolu 18 6.
|
Għall-finijiet tal-verifika għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1), il-verifikatur ambjentali għandu jivverifika li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
l-organizzazzjoni jkollha sistema ta’ ġestjoni ambjentali kompletament operattiva skont l-Anness II;
(b)
l-organizzazzjoni jkollha programm ta’ verifika ppjanat kompletament operattiv, b’mill-inqas ċiklu ta’ verifika wieħed mitmum skont l-Anness III;
(c)
l-organizzazzjoni tkun lestiet reviżjoni waħda tal-ġestjoni; u
(d)
l-organizzazzjoni tkun ħejjiet dikjarazzjoni ambjentali skont l-Anness IV u tkun qieset id-dokumenti ta’ referenza settorjali, fejn dawn ikunu disponibbli.
|
|
Artikolu 18 7.
|
Għall-finijiet tal-verifika għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2), il-verifikatur ambjentali għandu jivverifika li l-organizzazzjoni tissodisfa mill-inqas ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
l-organizzazzjoni tkun wettqet verifika interna tal-prestazzjoni ambjentali u tal-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, relatati mal-ambjent, skont l-Anness III;
(b)
l-organizzazzjoni turi konformità kontinwa mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, relatati mal-ambjent u titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tagħha; u
(c)
l-organizzazzjoni tkun ħejjiet dikjarazzjoni ambjentali aġġornata skont l-Anness IV u tkun qieset id-dokumenti ta’ referenza settorali, fejn dawn ikunu disponibbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1221
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|