+Artikolu 20 Rekwiżiti għall-verifikaturi ambjentali
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 6.
---+Artikolu 20 7.
---+Artikolu 20 8.

Artikolu 20 Rekwiżiti għall-verifikaturi ambjentali

Rekwiżiti għall-verifikaturi ambjentali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.

Sabiex tinkiseb akkreditazzjoni jew liċenzja skont dan ir-Regolament, verifikatur ambjentali kandidat għandu jintroduċi talba mal-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li minnu jfittex l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja.

Dik it-talba għandha tispeċifika l-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja mitluba permezz ta’ referenza għall-klassifika ta’ attivitajiet ekonomiċi kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 ( 2 ).

Artikolu 20 2.

Il-verifikatur ambjentali għandu jagħti lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar evidenza xierqa tal-kompetenza tiegħu, inkluż tal-għarfien, l-esperjenza rilevanti u l-kapaċitajiet tekniċi rilevanti għall-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja mitluba fl-oqsma li ġejjin:

(a) 

dan ir-Regolament;

(b) 

il-funzjonament ġenerali tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali;

(c) 

id-dokumenti rilevanti ta’ referenza settorjali maħruġin mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 46, għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(d) 

ir-rekwiżiti leġislattivi, regolatorji u amministrattivi rilevanti għall-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni;

(e) 

l-aspetti u l-impatti ambjentali, inkluża d-dimensjoni ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli;

(f) 

l-aspetti tekniċi, rilevanti għall-kwistjonijiet ambjentali, tal-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni;

(g) 

il-funzjonament ġenerali tal-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni sabiex tiġi vvalutata l-adegwatezza tas-sistema ta’ ġestjoni, fir-rigward tal-interazzjoni tal-organizzazzjoni u l-prodotti, is-servizzi u l-operazzjonijiet tagħha mal-ambjent, inklużi mill-inqas dawn li ġejjin:

(i) 

it-teknoloġiji użati mill-organizzazzjoni;

(ii) 

it-terminoloġija u l-għodod użati fl-attivitajiet;

(iii) 

l-attivitajiet operattivi u l-karatteristiċi tal-interazzjoni tagħhom mal-ambjent;

(iv) 

il-metodoloġiji għall-evalwazzjoni ta’ aspetti ambjentali sinifikattivi;

(v) 

il-kontroll tat-tniġġis u t-teknoloġiji ta’ mitigazzjoni;

(h) 

ir-rekwiżiti u l-metodoloġija tal-verifika ambjentali inkluża l-kapaċità li jitwettqu verifiki effettivi tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, l-identifikazzjoni ta’ sejbiet u konklużjonijiet xierqa tal-verifika, u t-tħejjija u l-preżentazzjoni tar-rapporti ta’ verifika, fil-forom orali u bil-miktub, biex jiġi pprovdut rekord ċar tal-verifika;

(i) 

il-verifika tal-informazzjoni, id-dikjarazzjoni ambjentali u d-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata fir-rigward tal-ġestjoni tad-data, il-ħżin u l-manipulazzjoni tad-data, il-preżentazzjoni tad-data fil-format miktub u dak grafiku għall-apprezzament ta’ żbalji potenzjali fid-data, l-użu ta’ suppożizzjonijiet u estimi;

(j) 

id-dimensjoni ambjentali tal-prodotti u s-servizzi, inklużi l-aspetti ambjentali u l-prestazzjoni ambjentali matul l-użu u wara l-użu, u l-integrità tad-data pprovduta għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali.

Artikolu 20 3.
Il-verifikatur ambjentali għandu jkollu juri żvilupp professjonali kontinwu fl-oqsma ta’ kompetenza mniżżlin fil-paragrafu 2 u jżomm tali żvilupp għall-valutazzjoni mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar.
Artikolu 20 4.
Il-verifikatur ambjentali għandu jkun terza persuna esterna, indipendenti, b’mod partikolari mill-awditur jew il-konsulent tal-organizzazzjoni, imparzjali u oġġettiv fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu.
Artikolu 20 5.
Il-verifikatur ambjentali għandu jiżgura li jkun ħieles minn kwalunkwe pressjoni kummerċjali, finanzjarja jew oħra, li tista’ tinfluwenza l-ġudizzju tiegħu, jew tipperikola l-fiduċja fl-indipendenza tal-ġudizzju u l-integrità fir-rigward tal-attivitajiet ta’ verifika. Il-verifikatur ambjentali għandu jiżgura konformità ma’ kwalunkwe regola applikabbli f’dan ir-rigward.
Artikolu 20 6.
Il-verifikatur ambjentali għandu jkollu metodi u proċeduri dokumentati, inklużi mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità u dispożizzjonijiet ta’ kunfidenzjalità, biex ikun konformi mar-rekwiżiti tal-verifika u tal-validazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 20 7.

Fil-każ li organizzazzjoni taġixxi bħala verifikatur ambjentali, hija għandha żżomm tabella informattiva tal-organizzazzjoni li turi l-istrutturi u r-responsabbiltajiet fl-organizzazzjoni u dikjarazzjoni tal-istatus ġuridiku, il-pussess u s-sorsi ta’ finanzjament.

Dik it-tabella informattiva tal-organizzazzjoni għandha tiġi pprovduta meta tintalab.

Artikolu 20 8.
Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tiġi żgurata permezz tal-evalwazzjoni li ssir qabel l-akkreditazzjoni jew il-liċenzjar u permezz tas-sorveljanza tal-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1221
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.