|
+Artikolu 20 2. |
Artikolu 20 2.Il-verifikatur ambjentali għandu jagħti lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar evidenza xierqa tal-kompetenza tiegħu, inkluż tal-għarfien, l-esperjenza rilevanti u l-kapaċitajiet tekniċi rilevanti għall-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja mitluba fl-oqsma li ġejjin:
(a)
dan ir-Regolament;
(b)
il-funzjonament ġenerali tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali;
(c)
id-dokumenti rilevanti ta’ referenza settorjali maħruġin mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 46, għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(d)
ir-rekwiżiti leġislattivi, regolatorji u amministrattivi rilevanti għall-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni;
(e)
l-aspetti u l-impatti ambjentali, inkluża d-dimensjoni ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli;
(f)
l-aspetti tekniċi, rilevanti għall-kwistjonijiet ambjentali, tal-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni;
(g)
il-funzjonament ġenerali tal-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni sabiex tiġi vvalutata l-adegwatezza tas-sistema ta’ ġestjoni, fir-rigward tal-interazzjoni tal-organizzazzjoni u l-prodotti, is-servizzi u l-operazzjonijiet tagħha mal-ambjent, inklużi mill-inqas dawn li ġejjin:
(i)
it-teknoloġiji użati mill-organizzazzjoni;
(ii)
it-terminoloġija u l-għodod użati fl-attivitajiet;
(iii)
l-attivitajiet operattivi u l-karatteristiċi tal-interazzjoni tagħhom mal-ambjent;
(iv)
il-metodoloġiji għall-evalwazzjoni ta’ aspetti ambjentali sinifikattivi;
(v)
il-kontroll tat-tniġġis u t-teknoloġiji ta’ mitigazzjoni;
(h)
ir-rekwiżiti u l-metodoloġija tal-verifika ambjentali inkluża l-kapaċità li jitwettqu verifiki effettivi tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, l-identifikazzjoni ta’ sejbiet u konklużjonijiet xierqa tal-verifika, u t-tħejjija u l-preżentazzjoni tar-rapporti ta’ verifika, fil-forom orali u bil-miktub, biex jiġi pprovdut rekord ċar tal-verifika;
(i)
il-verifika tal-informazzjoni, id-dikjarazzjoni ambjentali u d-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata fir-rigward tal-ġestjoni tad-data, il-ħżin u l-manipulazzjoni tad-data, il-preżentazzjoni tad-data fil-format miktub u dak grafiku għall-apprezzament ta’ żbalji potenzjali fid-data, l-użu ta’ suppożizzjonijiet u estimi;
(j)
id-dimensjoni ambjentali tal-prodotti u s-servizzi, inklużi l-aspetti ambjentali u l-prestazzjoni ambjentali matul l-użu u wara l-użu, u l-integrità tad-data pprovduta għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|