+Artikolu 25 Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ verifika u validazzjoni
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
---+Artikolu 25 6.
---+Artikolu 25 7.
---+Artikolu 25 8.
---+Artikolu 25 9.
---+Artikolu 25 10.

Artikolu 25 Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ verifika u validazzjoni

Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ verifika u validazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.

Il-verifikatur ambjentali għandu jopera fl-ambitu tal-akkredizzjoni jew tal-liċenzja tiegħu, u fuq il-bażi ta’ ftehim bil-miktub mal-organizzazzjoni.

Dak il-ftehim għandu:

(a) 

jispeċifika l-ambitu tal-attività;

(b) 

jispeċifika l-kondizzjonijiet immirati li jgħinu lill-verifikatur ambjentali jopera b’mod indipendenti u professjonali; u

(c) 

jimpenja l-organizzazzjoni biex tagħti l-kooperazzjoni meħtieġa.

Artikolu 25 2.

Il-verifikatur ambjentali għandu jiżgura li l-komponenti tal-organizzazzjoni jiġu definiti b’mod mhux ambigwu u jikkorrespondu mat-tqassim reali tal-attivitajiet.

Id-dikjarazzjoni ambjentali għandha tispeċifika b’mod ċar il-partijiet differenti tal-organizzazzjoni li huma soġġetti għal verifika jew validazzjoni.

Artikolu 25 3.
Il-verifikatur ambjentali għandu jwettaq valutazzjoni tal-elementi mniżżlin fl-Artikolu 18.
Artikolu 25 4.
Bħala parti mill-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jeżamina d-dokumentazzjoni, iżur l-organizzazzjoni, iwettaq kontrolli fuq il-post u jmexxi intervisti mal-persunal.
Artikolu 25 5.
Qabel ma ssir iż-żjara mill-verifikatur ambjentali, l-organizzazzjoni għandha tipprovdilu informazzjoni bażika dwar l-organizzazzjoni u l-attivitajiet tagħha, il-politika u l-programm ambjentali, deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali fis-seħħ fl-organizzazzjoni, dettalji dwar ir-reviżjoni ambjentali jew il-verifika li twettqet, ir-rapport dwar dik ir-reviżjoni jew verifika, u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva li tkun ittieħdet wara, u l-abbozz tad-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha.
Artikolu 25 6.

Il-verifikatur ambjentali għandu jħejji rapport bil-miktub għall-organizzazzjoni, dwar l-eżitu tal-verifika, li għandu jispeċifika:

(a) 

il-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-attività mwettqa mill-verifikatur ambjentali;

(b) 

deskrizzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament inklużi evidenza ta’ appoġġ, sejbiet u konklużjonijiet;

(c) 

it-tqabbil tal-kisbiet u l-miri mad-dikjarazzjonijiet ambjentali preċedenti u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali u l-valutazzjoni tat-titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

(d) 

jekk applikabbli, id-difetti tekniċi fir-reviżjoni ambjentali, il-metodu tal-verifika, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, jew kwalunkwe proċess rilevanti ieħor.

Artikolu 25 7.

F’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-rapport għandu jispeċifika wkoll:

(a) 

is-sejbiet u l-konklużjonijiet dwar in-nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni u l-evidenza li fuqha huma bbażati dawk is-sejbiet u l-konklużjonijiet;

(b) 

il-punti ta’ nuqqas ta’ qbil mal-abbozz tad-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha, u d-dettalji tal-emendi jew iż-żidiet li għandhom isiru fid-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha.

Artikolu 25 8.

Wara l-verifika, il-verifikatur ambjentali għandu jivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jew l-aġġornamenti tagħha u jikkonferma li din tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament dment li l-eżitu tal-verifika u tal-validazzjoni jikkonferma li:

(a) 

l-informazzjoni u d-data fid-dikjarazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jew l-aġġornamenti tagħha jkunu affidabbli u korretti u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; u

(b) 

ma jkun hemm l-ebda evidenza li l-organizzazzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.

Artikolu 25 9.
Mal-validazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu joħroġ dikjarazzjoni ffirmata kif imsemmi fl-Anness VII fejn jiddikjara li l-verifika u l-validazzjoni jkunu twettqu skont dan ir-Regolament.
Artikolu 25 10.

Il-verifikaturi ambjentali akkreditati jew liċenzjati fi Stat Membru wieħed jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni fi kwalunkwe Stat Membru ieħor skont ir-rekwiżiti mniżżlin f’dan ir-Regolament.

L-attività ta’ verifika jew ta’ validazzjoni għandha tkun soġġetta għal sorveljanza mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar tal-Istat Membru fejn tkun ser titwettaq l-attività. Il-bidu tal-attività għandu jiġi nnotifikat lil dak il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar skont iż-żmien stipulat fl-Artikolu 24(1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1221
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.