+Artikolu 28 Operazzjoni ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
---+Artikolu 28 6.
---+Artikolu 28 7.
---+Artikolu 28 8.
---+Artikolu 28 9.
|
Artikolu 28 Operazzjoni ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar
Operazzjoni ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni maħturin mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, għandhom ikunu responsabbli għall-akkreditazzjoni ta’ verifikaturi ambjentali u s-sorveljanza tal-attivitajiet imwettqin minn verifikaturi ambjentali skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 28 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jaħtru Korp ta’ Liċenzjar, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jkun responsabbli għall-ħruġ ta’ liċenzji lill-verifikaturi ambjentali ta’ sorveljanza u għalihom.
|
|
Artikolu 28 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jippermettux l-akkreditazzjoni jew il-liċenzjar ta’ persuni fiżiċi bħala verifikaturi ambjentali.
|
|
Artikolu 28 4.
|
Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandhom jivvalutaw il-kompetenza tal-verifikaturi ambjentali fid-dawl tal-elementi mniżżlin fl-Artikoli 20, 21 u 22 rilevanti għall-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja mitluba.
|
|
Artikolu 28 5.
|
L-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tal-verifikaturi ambjentali għandu jiġi ddeterminat skont il-klassifika tal-attivitajiet ekonomiċi mniżżlin fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006. Dan l-ambitu għandu jkun limitat mill-kompetenza tal-verifikatur ambjentali u, fejn xieraq, għandu jieħu kont tad-daqs u l-kumplessità tal-attività.
|
|
Artikolu 28 6.
|
Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa dwar l-akkreditazzjoni, iċ-ċħid tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja, is-sospensjoni u t-tħassir tal-akkreditazzjoni jew ta’ liċenzja tal-verifikaturi ambjentali u dwar is-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali.
Dawk il-proċeduri għandhom jinkludu mekkaniżmi biex jitqiesu l-osservazzjonijiet minn partijiet ikkonċernati, inklużi l-Korpi Kompetenti u l-korpi rappreżentattivi ta’ organizzazzjonijiet, fir-rigward tal-applikanti u tal-verifikaturi ambjentali akkreditati jew liċenzjati.
|
|
Artikolu 28 7.
|
Fil-każ ta’ ċħid ta’ akkreditazzjoni jew ta’ liċenzja, il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar għandu jinforma lill-verifikatur ambjentali bir-raġunijiet għad-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 28 8.
|
Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar għandhom jistabbilixxu, jirrivedu u jaġġornaw lista ta’ verifikaturi ambjentali u l-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tagħhom fl-Istati Membri tagħhom u għandhom jikkomunikaw kull xahar, direttament jew permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kif deċiż mill-Istat Membru kkonċerat, kwalunkwe bidliet f’din il-lista lill-Kummissjoni u lill-Korp Kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar.
|
|
Artikolu 28 9.
|
Fil-qafas tar-regoli u l-proċeduri li jirrigwardaw il-monitoraġġ tal-attivitajiet kif stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandhom ifasslu rapport ta’ superviżjoni fejn jiddeċiedu, wara konsultazzjoni mal-verifikatur ambjentali kkonċernat, waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma twettqux b’mod adegwat biżżejjed biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament huma sodisfatti mill-organizzazzjoni;
(b)
li l-verifika u l-validazzjoni mill-verifikatur ambjentali twettqu bi ksur ta’ rekwiżit wieħed jew aktar ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Korp Kompetenti fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tkun irreġistrata jew fejn hija tapplika għal reġistrazzjoni, u jekk applikabbli, lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li jkun ħareġ l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1221
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|