|
+Artikolu 11 Prinċipji ġenerali li jirregolaw l-obbligi bażiċi tal-operatur |
Artikolu 11 Prinċipji ġenerali li jirregolaw l-obbligi bażiċi tal-operaturArtikolu 11 Prinċipji ġenerali li jirregolaw l-obbligi bażiċi tal-operatur L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprovdu li l-installazzjonijiet jitħaddmu skont il-prinċipji li ġejjin:
(a)
jittieħdu l-miżuri preventivi kollha xierqa kontra t-tniġġis;
(b)
jiġu applikati l-aħjar metodi tekniċi disponibbli;
(c)
ma jiġi kkawżat ebda tniġġis sinifikanti;
(d)
tiġi evitata l-ġenerazzjoni tal-iskart skont id-Direttiva 2008/98/KE;
(e)
fejn jiġi ġġenerat l-iskart, dan, f’ordni ta’ prijorità u skont id-Direttiva 2008/98/KE, jitħejja għal użu mill-ġdid, jiġi riċiklat, jinġabar lura jew, fejn dan mhux teknikament u ekonomikament possibbli, jintrema waqt li jiġi evitat jew jitnaqqas kull impatt fuq l-ambjent;
(f)
l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti u, fejn possibbli, il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli tiġi promossa;
(fa)
ir-riżorsi materjali u l-ilma jintużaw b’mod effiċjenti, inkluż permezz tal-użu mill-ġdid;
(fb)
tiġi implimentata sistema ta’ ġestjoni ambjentali kif imsemmi fl-Artikolu 14a;
(g)
għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġu evitati aċċidenti u jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom;
(h)
jittieħdu l-miżuri meħtieġa mal-waqfien definittiv ta’ attivitajiet biex jiġi evitat kull riskju ta’ tniġġis u biex is-sit tat-tħaddim jinġieb lura għall-istat sodisfaċenti definit skont l-Artikolu 22. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|