+Artikolu 14 Kondizzjonijiet għal permess
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.

Artikolu 14 Kondizzjonijiet għal permess

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.

►M1  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-permess jinkludi l-miżuri kollha meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 11 u 18. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-permessi jingħataw wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti kollha b’responsabbiltà rigward il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, inkluż mal-istandards tal-kwalità ambjentali. ◄

Dawk il-miżuri għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:

▼M1

(a) 

il-valuri limitu tal-emissjonijiet għal sustanzi li jniġġsu elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006*, u għal sustanzi oħra li jniġġsu, li x’aktarx joħorġu mill-installazzjoni kkonċernata fi kwantitajiet sinifikanti, wara li jiġu kkunsidrati n-natura, il-perikolożità u l-potenzjal tagħhom li jittrasferixxu t-tniġġis minn element ambjentali għal ieħor, filwaqt li titqies il-varjazzjoni tad-dinamika tal-fluss tal-ilma fil-korpi tal-ilma riċeventi;

▼M1

(aa) 

il-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali f’konformità mal-Artikolu 15(4);

(ab) 

rekwiżiti xierqa li jiżguraw il-valutazzjoni tal-ħtieġa tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57 jew sustanzi indirizzati fir-restrizzjonijiet fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

▼M1

(b) 

rekwiżiti adattati li jiżguraw il-protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma ta’ taħt l-art, tal-ilma tal-wiċċ u ż-żoni tal-qbid tal-ilma għal punti ta’ astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2020/2184, u miżuri li jikkonċernaw il-monitoraġġ u l-immaniġġar tal-iskart iġġenerat mill-installazzjoni;

▼M1

(ba) 

rekwiżiti adattati li jistabbilixxu l-karatteristiċi ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali f’konformità mal-Artikolu 14a;

(bb) 

rekwiżiti ta’ monitoraġġ xierqa għall-konsum u l-użu mill-ġdid ta’ riżorsi bħall-enerġija, l-ilma u l-materja prima;

▼B

(c) 

rekwiżiti adattati għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet, li jispeċifikaw:

(i) 

il-metodoloġija tal-kejl, il-frekwenza u l-proċedura ta’ valutazzjoni; u

(ii) 

fejn jiġi applikat il-punt (b) tal-Artikolu 15(3), li r-riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ikunu disponibbli għall-istess perijodi ta’ żmien u kondizzjonijiet ta’ referenza bħal-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli;

(d) 

regolarment u mill-anqas darba fis-sena obbligu biex l-awtorità kompetenti tkun fornuta bi:

(i) 

informazzjoni abbażi ta’ riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt (c) u data oħra meħtieġa biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tivverifika l-konformità mal-kondizzjonijiet għal permess; u

(ii) 

fejn jiġi applikat il-punt (b) tal-Artikolu 15(3), sommarju tar-riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet li jippermetti li jsir paragun mal-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli;

▼M1

(iii) 

informazzjoni dwar il-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-politika ambjentali msemmija fl-Artikolu 14a;

▼M1

(e) 

rekwiżiti xierqa għaż-żamma u s-sorveljanza regolari ta’ miżuri meħudin għall-prevenzjoni ta’ emissjonijiet fil-ħamrija u l-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art skont il-punt (b), u rekwiżiti xierqa li jikkonċernaw il-monitoraġġ perjodiku tal-ħamrija u l-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art fir-rigward ta’ sustanzi perikolużi rilevanti li x’aktarx jinstabu fuq is-sit u b’kunsiderazzjoni tal-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art fuq is-sit tal-installazzjoni;

▼B

(f) 

miżuri relatati ma’ kondizzjonijiet minbarra l-kondizzjonijiet normali ta’ tħaddim bħall-bidu u t-tmien tat-tħaddim, tnixxijiet, ħsara, waqfien momentarju, u waqfien definittiv tat-tħaddim;

(g) 

dispożizzjonijiet dwar it-tnaqqis ta’ tniġġis f’distanzi fit-tul jew transkonfinali;.

▼M1

(h) 

kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet u l-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali jew referenza għar-rekwiżiti applikabbli speċifikati xi mkien ieħor.

▼B

Artikolu 14 2.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, il-valuri limitu tal-emissjonijiet jistgħu jiġu supplimentati jew mibdula b’parametri ekwivalenti jew miżuri tekniċi li jiżguraw livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ambjent.
Artikolu 14 3.
Il-konklużjonijiet tal-BAT għandhom ikunu r-referenza għall-istipular tal-kondizzjonijiet għal permessi.
Artikolu 14 4.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, l-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi kondizzjonijiet aktar stretti għal permess minn dawk li jistgħu jinkisbu bl-użu tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li bihom l-awtorità kompetenti tista’ tiffissa tali kondizzjonijiet aktar stetti.
Artikolu 14 5.

Fejn l-awtorità kompetenti tistabbilixxi kondizzjonijiet għal permess abbażi tal-aħjar teknika disponibbli li ma hija deskritta fl-ebda waħda mill-konklużjonijiet rilevanti tal-BAT, hija għandha tiżgura li:

(a) 

dik it-teknika hija ddeterminata billi tingħata konsiderazzjoni speċjali lill-kriterji elenkati fl-Anness III; u

(b) 

jiġu rispettati r-rekwiżiti tal-Artikolu 15.

Fejn il-konklużjonijiet tal-BAT imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma jkunx fihom livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li t-teknika msemmija fl-ewwel subparagrafu tiżgura livell ta’ protezzjoni ambjentali ekwivalenti għall-aħjar metodi tekniċi disponibbli deskritti fil-konklużjonijiet tal-BAT.

Artikolu 14 6.
Fejn attività jew tip ta’ proċess ta’ produzzjoni imwettqa f’installazzjoni mhumiex koperti minn kwalunkwe waħda mill-konklużjonijiet tal-BAT jew fejn dawk il-konklużjonijiet ma jindirizzawx l-effetti ambjentali potenzjali kollha tal-attività jew il-proċess, l-awtorità kompetenti, wara konsultazzjoni minn qabel mal-operatur, għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal permess abbażi tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli li hi tkun iddeterminat għall-attivitajiet jew il-proċessi kkonċernati, billi tikkunsidra b’mod speċjali l-kriterji elenkati fl-Anness III.
Artikolu 14 7.
Għall-installazzjonijiet imsemmija fil-punt 6.6 tal-Anness I, il-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni relatata mat-trattament xieraq tal-annimali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.