+Artikolu 18 Standards ta’ kwalità ambjentali

Artikolu 18 Standards ta’ kwalità ambjentali

Artikolu 18

Standards ta’ kwalità ambjentali

Meta standard tal-kwalità ambjentali jkun jeħtieġ kundizzjonijiet aktar stretti minn dawk li jistgħu jinkisbu bl-użu tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, għandhom jiġu inklużi miżuri addizzjonali fil-permess, bil-għan li titnaqqas il-kontribuzzjoni speċifika tal-installazzjoni għat-tniġġis li jseħħ fiż-żona rilevanti, mingħajr preġudizzju għal miżuri oħrajn li jistgħu jittieħdu biex ikun hemm konformità mal-istandards tal-kwalità ambjentali.

Meta jkunu ġew inklużi kundizzjonijiet aktar stretti fil-permess f’konformità mal-ewwel paragrafu, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-impatt tal-kundizzjonijiet aktar stretti fuq il-konċentrazzjoni ta’ sustanzi niġġiesa kkonċernati fl-ambjent riċeventi.

Meta t-tagħbija ta’ sustanzi niġġiesa emessi mill-installazzjoni jkollha effett kwantifikabbli jew li jista’ jitkejjel fuq l-ambjent, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konċentrazzjoni tas-sustanzi niġġiesa kkonċernati fl-ambjent riċeventi tiġi mmonitorjata. Ir-riżultati ta’ tali monitoraġġ għandhom jiġu trażmessi lill-awtorità kompetenti.

Meta l-metodi ta’ monitoraġġ u ta’ kejl għas-sustanzi niġġiesa kkonċernati jkunu stabbiliti f’leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni, dawn il-metodi, inklużi l-metodi bbażati fuq l-effetti kif xieraq, għandhom jintużaw għall-fini tal-monitoraġġ imsemmi fit-tielet paragrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.