Fuq it-talba tal-awtorità kompetenti, l-operatur għandu jippreżenta l-informazzjoni kollha meħtieġa bil-għan li l-kondizzjonijiet għal permess ikunu rrikunsidrati, inkluż, b’mod partikolari, riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet u data oħra, li tippermetti paragun tat-tħaddim tal-installazzjoni mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli deskritti fil-konklużjonijiet tal-BAT applikabbli u mal-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli.
Meta tkun qed tirrikunsidra l-kondizzjonijiet għal permess, l-awtorità kompetenti għandha tuża kwalunkwe informazzjoni li toħroġ mill-monitoraġġ jew l-ispezzjonijiet.