+Artikolu 21 Rikonsiderazzjoni u aġġornament tal-kondizzjonijiet għal permess mill-awtorità kompetenti
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
|
Artikolu 21 Rikonsiderazzjoni u aġġornament tal-kondizzjonijiet għal permess mill-awtorità kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtorità kompetenti perijodikament tirrikunsidra, f’konformità mal-paragrafi 2 sa 5, il-kondizzjonijiet kollha għal permess u, fejn meħtieġ biex tiżgura konformità ma’ din id-Direttiva, taġġorna dawk il-kondizzjonijiet.
|
|
Artikolu 21 2.
|
Fuq it-talba tal-awtorità kompetenti, l-operatur għandu jippreżenta l-informazzjoni kollha meħtieġa bil-għan li l-kondizzjonijiet għal permess ikunu rrikunsidrati, inkluż, b’mod partikolari, riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet u data oħra, li tippermetti paragun tat-tħaddim tal-installazzjoni mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli deskritti fil-konklużjonijiet tal-BAT applikabbli u mal-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli.
Meta tkun qed tirrikunsidra l-kondizzjonijiet għal permess, l-awtorità kompetenti għandha tuża kwalunkwe informazzjoni li toħroġ mill-monitoraġġ jew l-ispezzjonijiet.
|
|
Artikolu 21 3.
|
Fi żmien erba’ snin mill-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT skont l-Artikolu 13(5) rigward l-attività prinċipali ta’ installazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:
▼M1
(a)
il-kundizzjonijiet kollha għal permess għall-installazzjoni kkonċernata jiġu kkunsidrati mill-ġdid u, jekk meħtieġ, aġġornati biex tiġi żgurata l-konformità ma’ din id-Direttiva u, b’mod partikolari, mal-Artikolu 15(3), (4) u (5), meta applikabbli;
▼B
(b)
l-installazzjoni tikkonforma ma’ dawk il-kondizzjonijiet għal permess.
Ir-rikunsiderazzjoni għandha tqis il-konklużjonijiet kollha tal-BAT ġodda jew aġġornati li japplikaw għall-installazzjoni u li ġew adottati skont l-Artikolu 13(5) minn meta l-permess inħareġ jew ġie rrikunsidrat l-aħħar.
|
|
Artikolu 21 4.
|
Meta installazzjoni ma tkunx koperta minn kwalunkwe waħda mill-konklużjonijiet tal-BAT, il-kondizzjonijiet għal permess għandhom jiġu rrikunsidrati u, jekk meħtieġ, aġġornati meta l-iżviluppi fl-aħjar metodi tekniċi disponibbli jippermettu tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet.
|
|
Artikolu 21 5.
|
Il-kondizzjonijiet għal permess għandhom jiġu rikunsidrati u, fejn meħtieġ, aġġornati tal-anqas fil-każijiet li ġejjin:
(a)
it-tniġġis ikkawżat mill-installazzjoni hu ta’ sinifikat tali li jeħtieġ li l-valuri limitu eżistenti tal-emissjonijiet tal-permess jeħtieġ li jiġu riveduti jew jiġu inklużi valuri ġodda bħal dawn fil-permess;
(b)
is-sigurtà fit-tħaddim titlob li jintużaw metodi tekniċi oħra;
▼M1
(c)
fejn ikun meħtieġ li jkun hemm konformità ma’ standard ta’ kwalità ambjentali msemmi fl-Artikolu 18, inkluż fil-każ ta’ standard ta’ kwalità ġdid jew rivedut jew fejn l-istatus tal-ambjent riċeventi jeħtieġ reviżjoni tal-permess sabiex tinkiseb konformità mal-pjanijiet u mal-programmi stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
▼M1
(d)
fil-każ ta’ talba mill-operatur biex jiġi estiż it-tul ta’ żmien tat-tħaddim ta’ installazzjoni li twettaq l-attività msemmija fl-Anness I, il-punt 5.4.
▼B
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|