+Artikolu 22 3.

Artikolu 22 3.

Mal-waqfien definittiv tal-attivitajiet, l-operatur għandu jivvaluta l-istat tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art minn sustanzi perikolużi rilevanti użati, prodotti jew rilaxxati mill-installazzjoni. Meta l-installazzjoni tkun ikkawżat tniġġis sinifikattiv tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art permezz ta’ sustanzi perikolużi rilevanti meta mqabbel mal-qagħda stabbilita fir-rapport ta’ bażi msemmi fil-paragrafu 2, l-operatur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex dak it-tniġġis jiġi indirizzat biex b’hekk is-sit imur lura għal dak l-istat. Għal dak il-għan, tista’ titqies il-fattibbiltà teknika ta’ miżuri bħal dawn.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, mal-waqfien definittiv tal-attivitajiet, u fejn il-kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma ta’ taħt l-art fuq is-sit ikun ta’ riskju sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent bħala riżultat tal-attivitajiet permessi mill-operatur qabel mal-permess għall-installazzjoni jiġi aġġornat għall-ewwel darba wara s-7 ta’ Jannar 2013 u b’kont meħud tal-kondizzjonijiet tas-sit tal-installazzjoni stabbiliti f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 12(1), l-operatur għandu jieħu l-azzjonijiet meħtieġa mmirati lejn it-tneħħija, il-kontroll, il-konteniment jew it-tnaqqis ta’ sustanzi perikolużi rilevanti, sabiex is-sit, b’kont meħud tal-użu attwali jew futur approvat tiegħu, ma jibqax ikun ta’ riskju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.