+Artikolu 22 Għeluq tas-sit
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
|
Artikolu 22 Għeluq tas-sit
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/60/KE, għad-Direttiva 2004/35/KE, għad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament (
14
), u għal-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-ħamrija l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal permess biex tkun żgurata l-konformità mal-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu mal-waqfien definittiv tal-attivitajiet.
|
|
Artikolu 22 2.
|
Meta l-attività tinvolvi l-użu, il-produzzjoni jew ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi rilevanti, u fir-rigward tal-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art fuq is-sit tal-installazzjoni, l-operatur għandu jħejji u jippreżenta lill-awtorità kompetenti rapport ta’ bażi qabel ma jibda jħaddem installazzjoni jew qabel ma permess għal installazzjoni jiġi aġġornat għall-ewwel darba wara s-7 ta’ Jannar 2013.
Ir- rapport ta’ bażi għandu jinkludi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi determinat l-istat ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art sabiex isir tqabbil kwantitattiv mal-istat mal-waqfien definittiv tal-attivitajiet previsti taħt il-paragrafu 3.
Ir-rapport ta’ bażi għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a)
informazzjoni dwar l-użu preżenti u, fejn disponibbli, dwar l-użi tas-sit fil-passat;
(b)
fejn disponibbli, l-informazzjoni eżistenti dwar il-miżuri tal-ħamrija u l-ilma ta’ taħt l-art li jirriflettu l-istat fil-mument li r-rapport jiġi mfassal jew, alternattivament, miżuri ġodda tal-ħamrija u l-ilma ta’ taħt l-art li jikkunsidraw il-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma ta’ taħt l-art b’dawk is-sustanzi perikolużi li għandhom jintużaw, fejn prodotti jew rilaxxati mill-installazzjoni kkonċernata.
Fejn l-informazzjoni li hija pprovduta skont liġi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu, dik l-informazzjoni tista’ tiġi inkluża fi, jew annessa għar-rapport ta’ bażi ppreżentat.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-gwida dwar il-kontenut tar-rapport ta’ bażi.
|
|
Artikolu 22 3.
|
Mal-waqfien definittiv tal-attivitajiet, l-operatur għandu jivvaluta l-istat tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art minn sustanzi perikolużi rilevanti użati, prodotti jew rilaxxati mill-installazzjoni. Meta l-installazzjoni tkun ikkawżat tniġġis sinifikattiv tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art permezz ta’ sustanzi perikolużi rilevanti meta mqabbel mal-qagħda stabbilita fir-rapport ta’ bażi msemmi fil-paragrafu 2, l-operatur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex dak it-tniġġis jiġi indirizzat biex b’hekk is-sit imur lura għal dak l-istat. Għal dak il-għan, tista’ titqies il-fattibbiltà teknika ta’ miżuri bħal dawn.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, mal-waqfien definittiv tal-attivitajiet, u fejn il-kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma ta’ taħt l-art fuq is-sit ikun ta’ riskju sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent bħala riżultat tal-attivitajiet permessi mill-operatur qabel mal-permess għall-installazzjoni jiġi aġġornat għall-ewwel darba wara s-7 ta’ Jannar 2013 u b’kont meħud tal-kondizzjonijiet tas-sit tal-installazzjoni stabbiliti f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 12(1), l-operatur għandu jieħu l-azzjonijiet meħtieġa mmirati lejn it-tneħħija, il-kontroll, il-konteniment jew it-tnaqqis ta’ sustanzi perikolużi rilevanti, sabiex is-sit, b’kont meħud tal-użu attwali jew futur approvat tiegħu, ma jibqax ikun ta’ riskju.
|
|
Artikolu 22 4.
|
Meta l-operatur ma jkunx meħtieġ iħejji rapport ta’ bażi msemmi fil-paragrafu 2, l-operatur għandu, mal-waqfa definittiva tal-attivitajiet, jieħu l-azzjonijiet meħtieġa mmirati lejn it-tneħħija, il-kontroll, il-konteniment jew it-tnaqqis ta’ sustanzi perikolużi rilevanti sabiex is-sit, b’kont meħud tal-użu attwali jew futur approvat tiegħu, ma jkomplix ikun ta’ xi riskju sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent minħabba l-kontaminazzjoni tal-ħamrija jew tal-ilma ta’ taħt l-art bħala riżultat tal-attivitajiet permessi u b’kont meħud tal-kondizzjonijiet tas-sit tal-installazzjoni stabbilit f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 12(1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|