L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ spezzjonijiet ambjentali tal-installazzjonijiet li tindirizza l-eżami tal-firxa sħiħa tal-effetti ambjentali rilevanti mill-installazzjonijiet ikkonċernati.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi joffru lill-awtoritajiet kompetenti l-għajnuna kollha meħtieġa biex jippermettu lil dawk l-awtoritajiet li jwettqu kwalunkwe żjara fuq is-sit, jieħdu kampjuni u jiġbru kull informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.