+Artikolu 23 Spezzjonijiet ambjentali
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
|
Artikolu 23 Spezzjonijiet ambjentali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ spezzjonijiet ambjentali tal-installazzjonijiet li tindirizza l-eżami tal-firxa sħiħa tal-effetti ambjentali rilevanti mill-installazzjonijiet ikkonċernati.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi joffru lill-awtoritajiet kompetenti l-għajnuna kollha meħtieġa biex jippermettu lil dawk l-awtoritajiet li jwettqu kwalunkwe żjara fuq is-sit, jieħdu kampjuni u jiġbru kull informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 23 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-installazzjonijiet kollha jkunu koperti minn pjan ta’ spezzjoni ambjentali fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali u għandhom jiżguraw li l-pjan jiġi eżaminat regolarment u fejn adatt, aġġornat.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Kull pjan ta’ spezzjoni ambjentali għandu jinkludi dan li ġej:
(a)
valutazzjoni ġenerali ta’ kwistjonijiet ambjentali sinifikanti rilevanti;
(b)
iż-żona ġeografika koperta mill-pjan ta’ spezzjoni;
(c)
reġistru tal-installazzjonijiet koperti mill-pjan;
(d)
proċeduri għat-tfassil ta’ programmi ta’ spezzjonijiet ambjentali ta’ rutina skont il-paragrafu 4;
(e)
proċeduri għal spezzjonijiet ambjentali mhux ta’ rutina skont il-paragrafu 5;
(f)
fejn meħtieġ, dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet ta’ spezzjoni differenti.
|
|
Artikolu 23 4.
|
Abbażi tal-pjani ta’ spezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha regolarment tfassal programmi għal spezzjonijiet ambjentali ta’ rutina, inkluża l-frekwenza taż-żjarat fuq is-siti għal tipi differenti ta’ installazzjonijiet.
Il-perijodu bejn żewġ żjarat fuq is-siti għandu jkun ibbażat fuq stima sistematika tar-riskji ambjentali tal-installazzjonijiet ikkonċernati u m’għandux jaqbeż is-sena għall-installazzjonijiet tal-ogħla riskju u tliet snin għall-installazzjonijiet tal-anqas riskju.
Jekk spezzjoni tkun identifikat każ importanti ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet tal-permess, għandha ssir żjara addizzjonali tas-sit fi żmien sitt xhur minn dik l-ispezzjoni.
L-istima sistematika tar-riskji ambjentali għandha tkun ibbażata, mill-anqas, fuq il-kriterji li ġejjin:
(a)
l-impatti potenzjali u reali tal-installazzjonijiet ikkonċernati fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent b’kont meħud tal-livelli u t-tipi ta’ emissjonijiet, is-sensitività tal-ambjent lokali u r-riskju ta’ aċċidenti;
(b)
ir-reġistru tal-konformità mal-kondizzjonijiet għal permess;
(c)
il-Partieċipazzjoni tal-operatur fl-iskema tal-Unjoni ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS), b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 (
15
).
▼M1
Il-Kummissjoni għandha tadotta u, meta xieraq, taġġorna b’mod regolari gwida dwar il-kriterji għall-valutazzjoni tar-riskji ambjentali.
▼B
|
|
Artikolu 23 5.
|
Għandhom jitwettqu spezzjonijiet ambjentali li mhumiex ta’ rutina biex jiġu investigati malajr kemm jista’ jkun ilmenti ambjentali serji, aċċidenti ambjentali serji, inċidenti u ġrajjiet ta’ nuqqas ta’ konformità u, fejn xieraq, qabel il-ħruġ, il-konsiderazzjoni mill-ġdid jew l-aġġornament ta’ permess.
|
|
Artikolu 23 6.
|
Wara kull żjara fuq il-post, l-awtorità kompetenti għandha tħejji rapport li jiddeskrivi s-sejbiet rilevanti fir-rigward tal-konformità tal-installazzjoni mal- kondizzjonijiet għal permess u l-konklużjonijiet dwar jekk hijiex meħtieġa aktar azzjoni.
Ir-rapport għandu jiġi notifikat lill-operatur ikkonċernat fi żmien xahrejn li fih tkun saret iż-żjara fuq il-post. Ir-rapport għandu jsir pubblikament disponibbli mill-awtorità kompetenti skont id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (
16
) fi żmien erba’ xhur wara li ssir iż-żjara fuq il-post.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(2), l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-operatur jieħu l-azzjonijiet meħtieġa kollha identifikati fir-rapport f’perijodu raġonevoli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|