|
+Artikolu 23 4. |
Artikolu 23 4.Abbażi tal-pjani ta’ spezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha regolarment tfassal programmi għal spezzjonijiet ambjentali ta’ rutina, inkluża l-frekwenza taż-żjarat fuq is-siti għal tipi differenti ta’ installazzjonijiet. Il-perijodu bejn żewġ żjarat fuq is-siti għandu jkun ibbażat fuq stima sistematika tar-riskji ambjentali tal-installazzjonijiet ikkonċernati u m’għandux jaqbeż is-sena għall-installazzjonijiet tal-ogħla riskju u tliet snin għall-installazzjonijiet tal-anqas riskju. Jekk spezzjoni tkun identifikat każ importanti ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet tal-permess, għandha ssir żjara addizzjonali tas-sit fi żmien sitt xhur minn dik l-ispezzjoni. L-istima sistematika tar-riskji ambjentali għandha tkun ibbażata, mill-anqas, fuq il-kriterji li ġejjin:
(a)
l-impatti potenzjali u reali tal-installazzjonijiet ikkonċernati fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent b’kont meħud tal-livelli u t-tipi ta’ emissjonijiet, is-sensitività tal-ambjent lokali u r-riskju ta’ aċċidenti;
(b)
ir-reġistru tal-konformità mal-kondizzjonijiet għal permess;
(c)
il-Partieċipazzjoni tal-operatur fl-iskema tal-Unjoni ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS), b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 ( 15 ). Il-Kummissjoni għandha tadotta u, meta xieraq, taġġorna b’mod regolari gwida dwar il-kriterji għall-valutazzjoni tar-riskji ambjentali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|