+Artikolu 26 Effetti transkonfinali
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
|
Artikolu 26 Effetti transkonfinali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
Meta Stat Membru jkun konxju li t-tħaddim ta’ installazzjoni jaf ikollu effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent ta’ Stat Membru ieħor, jew meta Stat Membru li jaf jiġi affettwat b’mod sinifikanti jitlob dan, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal permess skont l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 20(2) għandu jibgħat lill-Istat Membru l-ieħor kwalunkwe informazzjoni meħtieġa li trid tingħata jew li trid tkun magħmula disponibbli skont l-Anness IV fl-istess waqt li jagħmilha disponibbli lill-pubbliku. Abbażi ta’ dik l-informazzjoni, għandhom jitwettqu konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ Stati Membri, filwaqt li jiġi żgurat li l-kummenti mill-Istat Membru li jaf jiġi affettwat b’mod sinifikanti jiġu pprovduti qabel ma l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal permess, tasal għad-deċiżjoni tagħha. Jekk ma jingħata l-ebda kumment mill-Istat Membru li jaf jiġi affettwat b’mod sinifikanti fil-perjodu għall-konsultazzjoni tal-membri tal-pubbliku kkonċernati, l-awtorità kompetenti għandha tipproċedi bil-proċedura tal-għoti tal-permessi.
|
|
Artikolu 26 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-applikazzjoni għal permess issir disponibbli wkoll għal kummenti lill-pubbliku tal-Istat Membru li jaf jiġi affettwat b’mod sinifikanti u tibqa’ disponibbli għall-istess perjodu ta’ żmien li kienet disponibbli fl-Istat Membru fejn saret l-applikazzjoni.
|
|
Artikolu 26 3.
|
Għandhom jitqiesu r-riżultati ta’ kull konsultazzjoni skont il-paragrafi 1 u 2 meta l-awtorità kompetenti tasal għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.
|
|
Artikolu 26 4.
|
L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lil kwalunkwe Stat Membru, li jkun ġie kkonsultat skont il-paragrafu 1 bid-deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni u għandha tibgħatlu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(2). Dak l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li din l-informazzjoni tiġi magħmula disponibbli b’mod xierqa lill-pubbliku interessat fit-territorju tiegħu nnifsu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|