Artikolu 27b
Ittestjar ta’ metodi tekniċi emerġenti
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi temporanji mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(2), (3) u (4) u mill-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 11, il-punti (a) u (b), għall-ittestjar ta’ metodi tekniċi emerġenti għal perjodu totali ta’ żmien li ma jaqbiżx it-30 xahar, dment li wara l-perjodu speċifikat fil-permess, jew jitwaqqaf l-ittestjar tal-metodu tekniku jew l-attività tikseb mill-anqas il-BAT-AELs.